EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 62007TA0019

Kawża T-19/07: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas- 16 ta’ Diċembru 2010 — Systran u Systran Luxembourg vs Il-Kummissjoni ( “Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Sejħa għal offerti fir-rigward tat-twettiq ta’ proġett li jikkonċerna l-manutenzjoni u t-tisħiħ lingwistiku tas-sistema ta’ traduzzjoni awtomatika tal-Kummissjoni — Kodiċi sors ta’ programm tal-kompjuter ikkummerċjalizzat — Vjolazzjoni tad-dritt tal-awtur — Żvelar mhux awtorizzat ta’ għarfien — Rikors għad-danni — Kwistjoni mhux kuntrattwali — Ammissibbiltà — Dannu reali u ċert — Rabta kawżali — Evalwazzjoni tal-ammont tad-dannu bħala somma waħda” )

ĠU C 38, 5.2.2011, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 38/9


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2010 — Systran u Systran Luxembourg vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-19/07) (1)

(Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Sejħa għal offerti fir-rigward tat-twettiq ta’ proġett li jikkonċerna l-manutenzjoni u t-tisħiħ lingwistiku tas-sistema ta’ traduzzjoni awtomatika tal-Kummissjoni - Kodiċi sors ta’ programm tal-kompjuter ikkummerċjalizzat - Vjolazzjoni tad-dritt tal-awtur - Żvelar mhux awtorizzat ta’ għarfien - Rikors għad-danni - Kwistjoni mhux kuntrattwali - Ammissibbiltà - Dannu reali u ċert - Rabta kawżali - Evalwazzjoni tal-ammont tad-dannu bħala somma waħda)

2011/C 38/12

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Systran SA (Parigi, Franza); u Systran Luxembourg SA (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: J.-P. Spitzer u E. De Boissieu, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment E. Montaguti u M. F. Benyon, sussegwentement E. Traversa u E. Montaguti, aġenti, assistiti minn A. Berenboom u M. Isgour, avukati)

Suġġett

Rikors għall-kumpens tad-dannu allegatament imġarrab mir-rikorrenti minħabba numru ta’ illegalitajiet imwettqa wara li saret sejħa għal offerti mill-Kummissjoni li tikkonċerna l-manutenzjoni u t-tisħiħ lingwistiku tas-sistema ta’ traduzzjoni awtomatika tagħha.

Dispożittiv

(1)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tħallas lil Systran SA kumpens bħala somma waħda ta’ EUR 12 001 000.

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(3)

Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 69, 24.03.2007.


Fuq