Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TN0555

    Kawża T-555/10: Rikors ippreżentat fit- 3 ta’ Diċembru 2010 — JBF RAK LLC vs Il-Kunsill

    ĠU C 30, 29.1.2011, p. 54–55 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.1.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 30/54


    Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Diċembru 2010 — JBF RAK LLC vs Il-Kunsill

    (Kawża T-555/10)

    ()

    2011/C 30/96

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: JBF RAK LLC, Al Jazeerah Al Hamra, Ras Al Khaimah, l-Emirati Għarab Magħquda (rappreżentant: B. Servais, avukat)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla r-Regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 857/2010, tas-27 ta’ Settembru 2010, li jimponi dazju kumpensatorju definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu polyethylene terephthalate li joriġina mill-Iran, il-Pakistan u l-Emirati Għarab Magħquda (1);

    tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

    (1)

    Permezz tal-ewwel motiv, ir-rikorrenti tallega li l-Kunsill kiser l-Artikolu 15(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 (2), sa fejn huwa injora l-fatt li importazzjonijiet ta’ materja prima mibgħuta mir-Renju tal-Arabja Sawdija ma kinux suġġetti għal dazji fuq l-importazzjoni u, għaldaqstant, żbalja fil-kalkolu tal-marġni ta’ sussidju. Ir-rikorrenti ssostni li, f’dan il-każ, il-Kunsill naqas:

    li jistabbilixxi b’mod korrett l-ammont ta’ sussidju kumpensatorju peress li huwa ma ħax inkunsiderazzjoni l-eżistenza ta’ unjoni doganali bejn il-membri tal-Kunsill għall-kooperazzjoni fil-Golf (KKG);

    li jieħu inkusiderazzjoni l-impatt ta’ tali unjoni doganali fuq l-ammont ta’ sussidji kumpensatorji.

    Fid-dawl ta’ dan, ir-rikorrenti ssostni li d-dazju kumpensatorju jaqbeż l-ammont ta’ sussidju kumpensatorju stabbilit fl-investigazzjoni.

    (2)

    Permezz tat-tieni motiv, ir-rikorrenti tallega li l-Kunsill kiser l-Artikolu 30(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 3 sa fejn huwa rrifjuta li jieħu inkunsiderazzjoni l-osservazzjonijiet ippreżentati fil-ħin mir-rikorrenti fil-5 ta’ Awwissu 2010.

    (3)

    Permezz tat-tielet motiv, ir-rikorrenti tallega li l-Kunsill kiser l-Artikolu 11(8) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 sa fejn huwa naqas li jeżamina l-eżattezza tal-informazzjoni ppreżentata mir-rikorrenti fil-5 ta’ Awwissu 2010.

    (4)

    Permezz tar-raba’motiv, ir-rikorrenti tallega li l-Kunsill kiser il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba sa fejn huwa adotta r-regolament ikkontestat mingħajr ma ħa inkunsiderazzjoni l-informazzjoni kollha li kellu fid-dispożizzjoni tiegħu.


    (1)  ĠU L 254, p. 10

    (2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009, tal-11 ta’ Ġunju 2009, dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea, (ĠU L 188, p. 93)


    Top