This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62009CA0534
Case C-534/09: Judgment of the Court (Eighth Chamber) of 2 December 2010 — European Commission v Hellenic Republic (Failure of a Member State to fulfil obligations — Directive 2008/1/EC — Pollution prevention and control — Requirements for the granting of permits for existing installations)
Kawża C-534/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat- 2 ta’ Diċembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika ( Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2008/1/KE — Prevenżjoni u tnaqqis tat-tniġġis — Kundizzjonijiet għall-għoti ta’ permessi għal installazzjonijiet eżistenti )
Kawża C-534/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat- 2 ta’ Diċembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika ( Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2008/1/KE — Prevenżjoni u tnaqqis tat-tniġġis — Kundizzjonijiet għall-għoti ta’ permessi għal installazzjonijiet eżistenti )
ĠU C 30, 29.1.2011, p. 9–9
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
29.1.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 30/9 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-2 ta’ Diċembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika
(Kawża C-534/09) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2008/1/KE - Prevenżjoni u tnaqqis tat-tniġġis - Kundizzjonijiet għall-għoti ta’ permessi għal installazzjonijiet eżistenti)
2011/C 30/14
Lingwa tal-Kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: M. Patakia u A. Alcover San Pedro, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentant: E. Skandalou, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Jannar 2008, dwar il-prevenzjoni u l kontroll integrati tat-tniġġis (ĠU L 24. p. 8) — Kundizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni tal-installazzjonijiet eżistenti — Obbligu li jiġi żgurat li tali installazzjonijiet jintużaw skont il-ħtiġiet tad-direttiva.
Dispożittiv
|
(1) |
Billi li ma ħaditx il-miżuri neċessarji sabiex tiżgura li l-awtoritajiet kompetenti josservaw, permezz ta’ permessi mogħtija skont l-Artikoli 6 u 8 tad-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Jannar 2008, dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis (verżjoni kodifikata), jew, b’mod xieraq, permezz ta’ eżami mill-ġdid u, fejn meħtieġ, ta’ aġġornament tal-kundizzjonijiet, li l-installazzjonijiet eżistenti joperaw skont ir-rekwiżiti tal-Artikoli 3, 7, 9, 10 u 13, l-Artikolu 14(a) u (b) u l-Artikolu 15(2), mhux iktar tard mit-30 ta’ Ottubru 2007, bla ħsara għal dispożizzjonijiet komunitarji speċjali, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 5(1) tal-imsemmija direttiva. |
|
(2) |
Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż. |