This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62009CA0429
Case C-429/09: Judgment of the Court (Second Chamber) of 25 November 2010 (reference for a preliminary ruling from the Verwaltungsgericht Halle (Germany)) — Günter Fuß v Stadt Halle (Social policy — Protection of the safety and health of workers — Directives 93/104/EC and 2003/88/EC — Organisation of working time — Fire-fighters employed in the public sector — Article 6(b) of Directive 2003/88/EC — Maximum weekly working time — Exceeded — Reparation for loss or damage caused by breach of European Union law — Conditions on which right to reparation depends — Procedural rules — Obligation to make a prior application to the employer — Form and extent of reparation — Additional time off in lieu or financial compensation — Principles of equivalence and effectiveness)
Kawża C-429/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal- 25 ta’ Novembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Halle — il-Ġermanja) — Günter Fuß vs Stadt Halle (Politika soċjali — Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema — Direttivi 93/104/KE u 2003/88/KE — Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol — Pompieri impjegati fis-settur pubbliku — Artikolu 6(b) tad-Direttiva 2003/88/KE — Ħin massimu ta’ xogħol ta’ kull ġimgħa — Qbiż — Kumpens għad-danni kkawżati minħabba l-ksur tad-dritt tal-Unjoni — Kundizzjonijiet li għalihom hija suġġetta l-eżistenza ta’ dritt għal kumpens — Modalitajiet proċedurali — Obbligu li ssir talba minn qabel lil minn jimpjega — Forma u portata tal-kumpens — Ħin liberu supplimentari jew kumpens — Prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività)
Kawża C-429/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal- 25 ta’ Novembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Halle — il-Ġermanja) — Günter Fuß vs Stadt Halle (Politika soċjali — Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema — Direttivi 93/104/KE u 2003/88/KE — Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol — Pompieri impjegati fis-settur pubbliku — Artikolu 6(b) tad-Direttiva 2003/88/KE — Ħin massimu ta’ xogħol ta’ kull ġimgħa — Qbiż — Kumpens għad-danni kkawżati minħabba l-ksur tad-dritt tal-Unjoni — Kundizzjonijiet li għalihom hija suġġetta l-eżistenza ta’ dritt għal kumpens — Modalitajiet proċedurali — Obbligu li ssir talba minn qabel lil minn jimpjega — Forma u portata tal-kumpens — Ħin liberu supplimentari jew kumpens — Prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività)
ĠU C 30, 29.1.2011, p. 7–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
29.1.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 30/7 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-25 ta’ Novembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Halle — il-Ġermanja) — Günter Fuß vs Stadt Halle
(Kawża C-429/09) (1)
(Politika soċjali - Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema - Direttivi 93/104/KE u 2003/88/KE - Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol - Pompieri impjegati fis-settur pubbliku - Artikolu 6(b) tad-Direttiva 2003/88/KE - Ħin massimu ta’ xogħol ta’ kull ġimgħa - Qbiż - Kumpens għad-danni kkawżati minħabba l-ksur tad-dritt tal-Unjoni - Kundizzjonijiet li għalihom hija suġġetta l-eżistenza ta’ dritt għal kumpens - Modalitajiet proċedurali - Obbligu li ssir talba minn qabel lil minn jimpjega - Forma u portata tal-kumpens - Ħin liberu supplimentari jew kumpens - Prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività)
2011/C 30/11
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgericht Halle
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Günter Fuß
Konvenut: Stadt Halle
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Verwaltungsgericht Halle — Interpretazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 93/104/KE, tat-23 ta’ Novembru 1993 (ĠU L 307, p. 18) u tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU L 299, p. 9) u b’mod partikolari l-Artikoli 6(b), 16(b) u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 19 tad-Direttiva 2003/88/CE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi, bi ksur tal-imsemmija direttivi, ħin ta’ xogħol li jaqbeż tmienja u erbgħin siegħa fil-ġimgħa għall-uffiċjali li jaħdmu fid-dipartimenti ta’ intervent tal-pompieri professjonali — Dritt għall-uffiċjal li jkun qabeż il-ħin ta’ xogħol massimu li jingħata kumpens fil-forma ta’ ħin liberu jew fil-forma ta’ kumpens finanzjarju
Dispożittiv
(1) |
Ħaddiem, bħal G. Fuß fil-kawża prinċipali, li ħadem, bħala pompier impjegat f’dipartiment ta’ intervent li jaqa’ fis-settur pubbliku, ħin medju ta’ xogħol fil-ġimgħa li jaqbeż dak previst fl-Artikolu 6(b) tad-Direttiva 2003/88 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, jista’ jinvoka d-dritt tal-Unjoni sabiex jistabbilixxi r-responsabbiltà tal-awtoritajiet tal-Istat Membru kkonċernat bl-għan li jikseb il-kumpens għad-dannu kkawżat minħabba l-ksur ta’ din id-dispożizzjoni. |
(2) |
Id-dritt tal-Unjoni jipprekludi leġislazzjoni nazzjonali, bħal dik fil-kawża prinċipali:
|
(3) |
Il-kumpens, li huwa r-responsabbiltà tal-awtoritajiet tal-Istati Membri, għad-danni li dawn ikkawżaw lill-individwi bil-ksur tad-dritt tal-Unjoni għandu jkun xieraq għad-dannu subit. Fin-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni f’dan il-qasam, huwa d-dritt nazzjonali kkonċernat li għandu jistabbilixxi, fl-osservanza tal-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività, jekk id-dannu subit minn ħaddiem, bħal G. Fuß fil-kawża prinċipali, minħabba l-ksur ta’ regola tad-dritt tal-Unjoni għandux jiġi kkumpensat bl-għoti lil dan tal-aħħar ta’ ħin liberu supplimentari jew ta’ kumpens finanzjarju, kif ukoll, min-naħa l-oħra, ir-regoli li jirrigwardaw il-metodu ta’ kalkolu ta’ dan il-kumpens. Il-perijodi ta’ referenza previsti fl-Artikoli 16 sa 19 tad-Direttiva 2003/88 huma rrilevanti f’dan ir-rigward. |
(4) |
Ir-risposti mogħtija għad-domandi magħmula mill-qorti tar-rinviju huma identiċi, kemm jekk il-fatti tal-kawża prinċipali jaqgħu taħt id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 93/104/KE, tat-23 ta’ Novembru 1993, dwar xi aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, kif emendata bid-Direttiva 2000/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ġunju 2000 jew taħt dawk tad-Direttiva 2003/88. |