This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010FN0081
Case F-81/10: Action brought on 24 September 2010 — Praskevicius v Parliament
Kawża F-81/10: Rikors ippreżentat fl- 24 ta’ Settembru 2010 — Praskevicius vs Il-Parlament
Kawża F-81/10: Rikors ippreżentat fl- 24 ta’ Settembru 2010 — Praskevicius vs Il-Parlament
ĠU C 301, 6.11.2010, p. 66–66
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
6.11.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 301/66 |
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Settembru 2010 — Praskevicius vs Il-Parlament
(Kawża F-81/10)
()
2010/C 301/108
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Vidas Praskevicius (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: P. Nelissen Grade u G. Leblanc, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni tal-konvenuta li ma tinkludix lir-rikorrent fil-lista ta’ uffiċjali promossi fil-grad AD6 abbażi tal-proċedura ta’ promozzjoni 2009 u talba għall-kumpens għad-danni morali subiti.
Talbiet tar-rikorrent
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra, tal-21 ta’ Ġunju 2010, li tiċħad l-ilment tar-rikorrent; |
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra, tal-24 ta’ Novembru 2009, innotifikata fit-2 ta’ Diċembru 2009, li ma tinkludix lir-rikorrent fil-lista ta’ uffiċjali promossi fil-grad AD6 abbażi tal-proċedura ta’ promozzjoni 2009; |
— |
tindika lill-Awtorità tal-Ħatra l-effetti li jġib miegħu l-annullament tad-deċiżjonijiet ikkontestati u, b’mod partikolari l-klassifikazzjoni fil-grad AD 6, kif ukoll ir-retroattività tal-promozzjoni fil-grad AD 6 mid-data ta’ meta din kellha ssir effettiva, jiġifieri, l-1 ta’ Jannar 2009; |
— |
tagħti lir-rikorrent EUR 500 bħala kumpens għad-danni morali subiti; |
— |
tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż. |