This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010TN0406
Case T-406/10: Action brought on 15 September 2010 — Emesa-Trefilería and Industrias Galyca v Commission
Kawża T-406/10: Rikors ippreżentat fil- 15 ta’ Settembru 2010 — Emesa-Trefilería u Industrias Galyca vs Il-Kummissjoni
Kawża T-406/10: Rikors ippreżentat fil- 15 ta’ Settembru 2010 — Emesa-Trefilería u Industrias Galyca vs Il-Kummissjoni
ĠU C 301, 6.11.2010, p. 55–55
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
6.11.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 301/55 |
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Settembru 2010 — Emesa-Trefilería u Industrias Galyca vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-406/10)
()
2010/C 301/87
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Emesa-Trefilería, SA (Arteixo, Spanja) u Industrias Galyca, SA (Vitoria, Spanja) (rappreżentanti: A. Creus Carreras u A. Valiente Martin, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn taffettwa lir-rikorrenti; |
— |
sussidjarjament, tannulla jew tnaqqas il-multa imposta fuq ir-rikorrenti; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Permezz tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jitolbu l-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4387 finali, tat-30 ta’ Ġunju 2010 fil-Każ COMP/38.344 — Azzar użat għall-prestressing, li fiha l-Kummissjoni kkonstatat li r-rikorrenti, flimkien ma’ impriżi oħra, kienu kisru l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE billi pparteċipaw f’akkordju jew prattika miftehma fis-settur tal-azzar użat għall-prestressing fuq livell pan-Ewropew u/jew nazzjonali/reġjonali. Barra minn hekk, hija titlob l-annullament jew it-tnaqqis tal-multa imposta fuqhom.
Ir-rikorrenti jressqu tliet motivi insostenn ta’ dan ir-rikors.
L-ewwel nett, huma jsostnu li l-Kummissjoni kisret id-dritt fundamentali għal proċess quddiem qorti imparzjali skont l-Artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (KEDB) u l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali sa fejn il-multa ġiet imposta minn awtorità amministrattiva li għandha kemm setgħat ta’ stħarriġ kif ukoll setgħat ta’ sanzjoni.
It-tieni nett, huma jsostnu li l-Kummissjoni rrifjutat illegalment li tagħti lir-rikorrenti tnaqqis fil-multa tagħhom taħt l-Avviż tal-2002 dwar il-kooperazzjoni (1), billi d-deċiżjoni tibbaża ruħha b’mod kunsiderevoli fuq provi li joriġinaw minn Emesa.
Fl-aħħar nett, huma jsostnu li l-Kummissjoni rrifjutat illegalment li tagħti immunità parzjali lir-rikorrenti taħt il-punt 23 tal-Avviż tal-2002 dwar il-kooperazzjoni, minkejja l-fatt li Emesa pprovdiet provi deċiżivi li kellhom effett fuq it-tul u l-gravità tal-ksur.
(1) Avviż tal-Kummissjoni dwar l-immunità minn multi u tnaqqis f’multi f’każijiet ta’ kartell (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 8, Vol. 2, p. 155)