EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TB0120

Kawża T-120/09: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad- 9 ta’ Settembru 2010 — Phoenix-Reisen u DRV vs Il-Kummissjoni ( “Għajnuna mill-Istat — Sussidju previst mil-leġiżlazzjoni Ġermaniża għall-impriżi f’sitwazzjoni ta’ insolvenza — Ilment minħabba allegat ksur tad-dritt Komunitarju — Ċaħda tal-ilment — Adozzjoni ta’ deċiżjoni sussegwenti — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni” )

ĠU C 301, 6.11.2010, p. 30–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

6.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/30


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2010 — Phoenix-Reisen u DRV vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-120/09) (1)

(Għajnuna mill-Istat - Sussidju previst mil-leġiżlazzjoni Ġermaniża għall-impriżi f’sitwazzjoni ta’ insolvenza - Ilment minħabba allegat ksur tad-dritt Komunitarju - Ċaħda tal-ilment - Adozzjoni ta’ deċiżjoni sussegwenti - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

2010/C 301/51

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Phoenix-Reisen GmbH (Bonn, il-Ġermanja); u Deutscher Reiseverband eV (DRV) (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Gerharz u A. Funke, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn u B. Martenczuk, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: J. Möller u B. Klein, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-ittra tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Frar 2009 li permezz tagħha indikat l-intenzjoni tagħha li ma tiħux azzjoni fil-konfront ta’ allegata għajnuna mill-Istat mogħtija permezz tal-ħlas ta’ kumpens għal insolvenza mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.

Dispożittiv

(1)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

(2)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba sabiex din il-kawża tingħaqad mal-Kawża T-58/10 magħmula mir-rikorrenti.

(3)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 297, 05.12.2009.


Top