EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007TA0131

Kawża T-131/07: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 13 ta’ Settembru 2010 — Mohr & Sohn vs Il-Kummissjoni ( “Navigazzjoni interna — Kapaċità tal-flotta tal-Komunità — Kundizzjonijiet għad-dħul fis-servizz ta’ bastimenti ġodda (regola ‘qadim għall-ġdid’ ) — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta l-applikazzjoni tal-esklużjoni stabbilita għal bastimenti speċjalizzati — Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 718/1999” )

ĠU C 301, 6.11.2010, p. 23–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

6.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2010 — Mohr & Sohn vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-131/07) (1)

(Navigazzjoni interna - Kapaċità tal-flotta tal-Komunità - Kundizzjonijiet għad-dħul fis-servizz ta’ bastimenti ġodda (regola ‘qadim għall-ġdid’) - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta l-applikazzjoni tal-esklużjoni stabbilita għal bastimenti speċjalizzati - Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 718/1999)

2010/C 301/36

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Paul Mohr Sohn, Baggerei und Schiffahrt (Niederwalluf, il-Ġermanja) (rappreżentant: F. von Waldstein, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Braun u K. Simonsson, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni SG (2007) D/200972, tat-28 ta’ Frar 2007, li tirrifjuta l-applikazzjoni għall-bastiment Niclas tal-esklużjoni stabbilita għal bastimenti speċjalizzati mill-Artikolu 4(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 718/1999, tad-29 ta’ Marzu 1999, dwar il-politika ta’ kapaċità tal-flotta tal-Komunità biex tippromwovi t-trasport bil-passaġġi fuq l-ilma interni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 4, p. 271)

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud

(2)

Paul Mohr Sohn, Baggerei und Schiffahrt hija kkundannata tħallas, minbarra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 155, 07.07.2007.


Top