This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010CA0149
Case C-149/10: Judgment of the Court (First Chamber) of 16 September 2010 (reference for a preliminary ruling from the Diikitiko Efetio Thessalonikis — Greece) — Zoi Chatzi v Ipourgos Ikonomikon (Social policy — Directive 96/34/EC — Framework agreement on parental leave — Interpretation of clause 2.1 of the framework agreement — Person granted the right to parental leave — Parental leave in the event of the birth of twins — Meaning of ‘birth’ — Taking account of the number of children born — Principle of equal treatment)
Kawża C-149/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas- 16 ta’ Setembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tad-Dioikitiko Efeteio Thessalonikis — il-Greċja) — Zoi Chatzi vs Ypourgos Oikonomikon ( “Politika soċjali — Direttiva 96/34/KE — Ftehim qafas fuq il-leave parentali — Interpretazzjoni tal-Klawżola 2.1 tal-ftehim qafas — Benefiċjarju tad-dritt għal-leave parentali — Leave parentali f’każ ta’ twelid ta’ tewmin — Kunċett ta’ ‘twelid’ — Teħid inkunsiderazzjoni tan-numru ta’ tfal imwielda — Prinċipju ta’ trattament ugwali” )
Kawża C-149/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas- 16 ta’ Setembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tad-Dioikitiko Efeteio Thessalonikis — il-Greċja) — Zoi Chatzi vs Ypourgos Oikonomikon ( “Politika soċjali — Direttiva 96/34/KE — Ftehim qafas fuq il-leave parentali — Interpretazzjoni tal-Klawżola 2.1 tal-ftehim qafas — Benefiċjarju tad-dritt għal-leave parentali — Leave parentali f’każ ta’ twelid ta’ tewmin — Kunċett ta’ ‘twelid’ — Teħid inkunsiderazzjoni tan-numru ta’ tfal imwielda — Prinċipju ta’ trattament ugwali” )
ĠU C 301, 6.11.2010, p. 3–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
6.11.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 301/3 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-16 ta’ Setembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tad-Dioikitiko Efeteio Thessalonikis — il-Greċja) — Zoi Chatzi vs Ypourgos Oikonomikon
(Kawża C-149/10) (1)
(Politika soċjali - Direttiva 96/34/KE - Ftehim qafas fuq il-leave parentali - Interpretazzjoni tal-Klawżola 2.1 tal-ftehim qafas - Benefiċjarju tad-dritt għal-leave parentali - Leave parentali f’każ ta’ twelid ta’ tewmin - Kunċett ta’ ‘twelid’ - Teħid inkunsiderazzjoni tan-numru ta’ tfal imwielda - Prinċipju ta’ trattament ugwali)
2010/C 301/04
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Qorti tar-rinviju
Dioikitiko Efeteio Thessalonikis
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Zoi Chatzi
Konvenut: Ypourgos Oikonomikon
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Dioikitiko Efeteio Thessalonikis — Interpretazzjoni tal-Klawżola 2.1 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/34/KE, tat-3 ta’ Ġunju 1996, dwar il-ftehim qafas fuq il-leave tal-ġenituri konkluż mill-UNICE, CEEP u ta’ ETUC (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 285) flimkien mal-Artikolu 24 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 83, p. 389) — Leave parentali mogħti meta jitwieldu tewmin — Għoti ta’ leave parentali wieħed biss meta jitwieldu tewmin — Ksur tal-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali minħabba diskriminazzjoni bbażata fuq it-twelid u minħabba restrizzjoni tad-drittijiet tat-tfal tewmin li mhijiex permess taħt il-prinċipju ta’ proporzjonalità?
Dispożittiv
(1) |
Il-Klawżola 2.1 tal-ftehim qafas fuq il-leave tal-ġenituri, konkluż fl-14 ta’ Diċembru 1995, li jinsab fl-anness tad-Direttiva tal-Kunsill 96/34/KE, tat-3 ta’ Ġunju 1996, dwar il-ftehim qafas konkluż mill-UNICE, CEEP u ta’ ETUC, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 97/75/KE, tal-15 ta’ Diċembru 1997, ma tistax tiġi interpretata fis-sens li tagħti lit-tfal dritt individwali għal-leave parentali |
(2) |
Il-Klawżola 2.1 tal-imsemmi ftehim qafas ma għandhiex tiġi interpretata fis-sens li t-twelid ta’ tewmin jagħti dritt għal numru ta’ perijodi ta’ leave parentali ugwali għal dak tat-tfal li jkunu twieldu. Madankollu, meta tinqara fid-dawl tal-prinċipju ta’ trattament ugwali, din il-klawżola timponi fuq il leġiżlatur id-dmir li jdaħħal fis-seħħ sistema ta’ leave parentali li, skont is-sitwazzjoni eżistenti fl-Istat Membru kkonċernat, tiżgura lill-ġenituri ta’ tewmin trattament li jieħu inkunsiderazzjoni b’mod xieraq il-ħtiġijiet partikolari tagħhom. Hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika jekk il-leġiżlazzjoni nazzjonali tissodisfax dan ir-rekwiżit u, jekk ikun il-każ, tagħti lill-imsemmija leġiżlazzjoni nazzjonali, sa fejn possibbli, interpretazzjoni konformi mad-dritt tal-Unjoni. |