Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CA0550

Kawża C-550/07 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal- 14 ta’ Settembru 2010 — Akzo Nobel Chemicals Ltd, Akcros Chemicals Ltd vs Il-Kummissjoni Ewropea, Council of the Bars and Law Societies of the European Union, Algemene Raad van de Nederlandse Orde van Advocaten, Association européenne des juristes d’entreprise (AEJE), American Corporate Counsel Association (ACCA) — European Chapter, International Bar Association (Appell — Kompetizzjoni — Miżuri istruttorji — Setgħat investigattivi tal-Kummissjoni — Protezzjoni tal-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet — Relazzjoni ta’ impjieg bejn avukat u impriża — Skambji ta’ posta elettronika)

ĠU C 301, 6.11.2010, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

6.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-14 ta’ Settembru 2010 — Akzo Nobel Chemicals Ltd, Akcros Chemicals Ltd vs Il-Kummissjoni Ewropea, Council of the Bars and Law Societies of the European Union, Algemene Raad van de Nederlandse Orde van Advocaten, Association européenne des juristes d’entreprise (AEJE), American Corporate Counsel Association (ACCA) — European Chapter, International Bar Association

(Kawża C-550/07 P) (1)

(Appell - Kompetizzjoni - Miżuri istruttorji - Setgħat investigattivi tal-Kummissjoni - Protezzjoni tal-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet - Relazzjoni ta’ impjieg bejn avukat u impriża - Skambji ta’ posta elettronika)

2010/C 301/02

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Akzo Nobel Chemicals Ltd, Akcros Chemicals Ltd (rappreżentanti: M. Mollica, M. van der Woude u C. Swaak, avukati)

Partijiet oħrajn fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u X. Lewis, aġenti), Council of the Bars and Law Societies of the European Union (rappreżentant: J. Flynn QC), Algemene Raad van de Nederlandse Orde van Advocaten (rappreżentanti: O. Brouwer u C.E. Schillemans, avukati), Association européenne des juristes d’entreprise (AEJE) (rappreżentanti: M. Dolmans u K. Nordlander, avukati, J. Temple Lang, solicitor), American Corporate Counsel Association (ACCA) — European Chapter (rappreżentanti: G. Berrisch, Avukat, D.W. Hull, solicitor), International Bar Association (rappreżentanti: J. Buhart u I. Michou, avukati)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: V. Jackson, E. Jenkinson, aġenti u M. Hoskins, barrister), l-Irlanda (rappreżentanti: D. O’Hagen, aġent, D. O’Donnell, SC u R. Casey, BL), ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: C. Wissels, Y. Vries u M. de Grave, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (L-Ewwel Awla Estiża), tas-17 ta’ Settembru 2007, Akzo Nobel Chemicals Ltd u Akcros Chemicals Ltd vs Il-Kummissjoni (T-253/03), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza (li issa saret il-“Qorti Ġenerali”) ċaħdet rikors intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni C(2003) 1533 finali, tat-8 ta’ Mejju 2003, li tiċħad talba għall-applikazzjoni tal-protezzjoni mogħtija lill-komunikazzjonijiet bejn l-avukat u l-klijent tiegħu għal ċerti dokumenti maqbuda fil-kuntest ta’ investigazzjoni ordnata skont l-Artikolu 14(3) tar-Regolament Nru 17 (Każ COMP/E-1/38.589)

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, l-Irlanda kif ukoll ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

(3)

Il-Conseil des barreaux européens, l-Algemene Raad van de Nederlandse Orde van Advocaten, il-European Company Lawyers Association, l-American Corporate Counsel Association — European Chapter u l-International Bar Association għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

(4)

Għall-kumplament, Akzo Nobel Chemicals Ltd u Akcros Chemicals Ltd huma kkundannati in solidum għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 37, 09.02.2008


Top