See dokument on väljavõte EUR-Lexi veebisaidilt.
Dokument 62010FN0068
Case F-68/10: Action brought on 20 August 2010 — Behnke v Commission
Kawża F-68/10: Rikors ippreżentat fl- 20 ta’ Awissu 2010 — Behnke vs Il-Kummissjoni
Kawża F-68/10: Rikors ippreżentat fl- 20 ta’ Awissu 2010 — Behnke vs Il-Kummissjoni
ĠU C 288, 23.10.2010, lk 74—74
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
23.10.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 288/74 |
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Awissu 2010 — Behnke vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-68/10)
()
(2010/C 288/141)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Thorsten Behnke (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, E. Marchal, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
L-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent jiġi kklassifikat fil-grupp ta’ ħidma II u li jingħata 5 punti ta’ promozzjoni għall-finijiet tar-rapport tal-iżvilupp tal-karriera tiegħu għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2008.
Talbiet tar-rikorrent
— |
tannulla d-deċiżjoni li r-rikorrent jiġi kklassifikat fil-grupp ta’ ħidma II u li jingħata 5 punti ta’ promozzjoni għall-finijiet tar-rapport tal-iżvilupp tal-karriera tiegħu għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2008. |
— |
Sussidjarjament, tiddikjara bħala illegali l-Artikolu 8(4) tad-DĠI tal-Artikolu 43 tar-Regolamenti tal-Persunal, inkwantu jippermetti l-adozzjoni ta’ opinjoni tal-Kumitat konġunt ta’ evalwazzjoni u promozzjoni permezz ta’ konsensus; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż. |