Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010FN0067

    Kawża F-67/10: Rikors ippreżentat fit- 18 ta’ Awwissu 2010 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 288, 23.10.2010, p. 74–74 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.10.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 288/74


    Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Awwissu 2010 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni

    (Kawża F-67/10)

    ()

    (2010/C 288/140)

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Partijiet

    Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

    L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma jiġux rimborsati żewġ terzi tal-ispejjeż sostnuti mir-rikorrent fil-Kawża F-41/06.

    Talbiet tar-rikorrent

    jannulla d-deċiżjoni, bi kwalunkwe mod ifformulata, li permezz tagħha saret iċ-ċaħda, mill-konvenuta, tat-talba tat-22 ta’ Settembru 2009, li saret mir-rikorrent lill-Awtorità tal-Ħatra kif emendata permezz tan-nota tat-8 ta’ Ottubru 2009;

    jannulla, safejn meħtieġ, id-deċiżjoni, bi kwalunkwe mod ifformulata, li biha ġie miċħud l-ilment tal-5 ta’ April 2010 li sar mir-rikorrent lill- Awtorità tal-Ħatra kontra d-deċiżjoni kkontestata;

    jannulla, safejn meħtieġ, in-nota tas-27 ta’ April 2010, prot. HR.D.2/MB/ls Ares(2010)220139;

    jikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas, favur ir-rikorrent tas-somma ta’ EUR 21 608,75, flimkien mal-interessi sa 10 % fis-sena, b’kapitalizzazzjoni annwali, li jibdew jiddekorru mit-22 ta’ Settembru 2009 sal-ħlas effettiv tal-imsemmija somma bħala kumpens għad-dannu subit mir-rikorrent minħabba d-deċiżjoni kkontestata;

    jikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.


    Top