Dieses Dokument ist ein Auszug aus dem EUR-Lex-Portal.
Dokument 62010TN0376
Case T-376/10: Action brought on 7 September 2010 — Mamoli Robinetteria v Commission
Kawża T-376/10: Rikors ippreżentat fis- 7 ta’ Settembru 2010 — Mamoli Robinetteria vs Il-Kummissjoni
Kawża T-376/10: Rikors ippreżentat fis- 7 ta’ Settembru 2010 — Mamoli Robinetteria vs Il-Kummissjoni
ĠU C 288, 23.10.2010, S. 63–64
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
23.10.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 288/63 |
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Settembru 2010 — Mamoli Robinetteria vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-376/10)
()
(2010/C 288/113)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Mamoli Robinetteria SpA (Milano, L-Italja) (rappreżentanti: F. Capelli, avukat, M. Valcada, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
— |
Tannulla l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4185 finali, tat-23 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE, notifikata, Każ COMP/39092 — Installazzjonijiet sanitarji fil-parti fejn jistabbilixxi li Mamoli Robinetteria spa kisret l-Artikolu 101 TFUE u, konsegwentement, tannulla l-Artikolu 2 tal-istess deċiżjoni fil-parti fejn jimponi fuq Mamoli Robinetteria spa l-ħlas ta’ multa ekwivalenti għal 10 % tad-dħul mill-bejgħ globali tal-2003, li sussegwentement ġiet imnaqqsa, minħabba s-sitwazzjoni speċifika ta’ Mamoli, għal EUR 1 041 531. |
— |
Tannulla l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4185 finali, tat-23 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE, notifikata, Każ COMP/39092 — Installazzjonijiet sanitarji, filwaqt li tikkalkola mill-ġdid il-multa u tnaqqasha f’ammont ekwivalenti għal 0,3 % tad-dħul mill-bejgħ ta’ Mamoli Robinetteria għall-2003, jew, f’kull każ, f’ammont iżgħar mill-multa imposta skont kif il-Qorti Ġenerali jidhirlha xieraq. |
Motivi u argumenti prinċipali
Id-deċiżjoni kkontestata fil-kawża preżenti hija l-istess bħal dik fil-Kawża T-364/10, Duravit et vs Il-Kummissjoni u T-368/10 Rubinetteria Cisal vs Il-Kummissjoni.
Insostenn tar-rikors tagħħha, ir-rikorrenti tinvoka l-motivi segwenti.
Ksur tad-drittijiet tad-difiża, tal-prinċipju ta’ kontradittorju u tal-prinċipju ta’ trattament ugwali, sa fejn il-partijiet l-oħra fil-proċedura setgħu jressqu argumenti difensivi fir-rigward ta’ ċirkustanzi li dwarhom Mamoli ma kinitx ġiet informata. Barra minn hekk, huwa kkonstatat li l-oġġezzjonijiet ġew ifformulati abbażi ta’ dokumenti kklassifikati bħala kunfidenzjali u li ma setgħux jiġu kkonsultati mid-difiża.
Ksur tal-prinċipju ta’ legalità previst mid-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 101 sa 105 tat-TFUE, kif ukoll tal-Artikolu 23 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003 (1). Fir-rigward ta’ dan il-punt ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni, fin-nuqqas ta’ att tal-leġiżlatur tal-Unjoni Ewropea, ma għandha l-ebda setgħa li tikkonċedi l-immunità parzjali u totali lil impriżi u li fuq tali komunikazzjoni tibbaża proċedura fil-qasam tad-dritt tal-kompetizzjoni li twassal sabiex jiġu imposti sanzjonijiet kunsiderevoli.
Ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003.
F’dan ir-rigward ir-rikorrenti ssostni li matul l-investigazzjoni rilevanti l-Kummissjoni wettqet żbalji meta injorat l-ispeċifiċità tas-suq Taljan (pereżempju, struttura, karatteristiċi, rwol ta’ bejjiegħa bl-ingross) u meta qabblet is-sitwazzjoni preżenti fis-suq Taljan ma’ dik li teżisti fis-suq Ġermaniż. Dan l-iżball ivvizzja l-konklużjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-eżistenza fis-suq Taljan ta’ akkordju fil-qasam tal-iffissar tal-prezzijiet. Barra minn hekk, il-Kummissjoni, minħabba l-imsemmija żbalji, ma ssodisfatx l-oneru tal-prova tagħha.
Fir-rigward tal-ammont tal-multa, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni ma evalwatx b’mod korrett l-aġir effettiv tagħha u l-effett tagħha fil-kuntest tal-ksur ikkontestat, peress li ma ħaditx inkunsiderazzjoni kif xieraq is-sitwazzjoni ekonomika gravi li fiha din tinsab.
Ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni, minkejja li fehmet li Mamoli realment tinsab f’sitwazzjoni ekonomika gravi li taffettwa l-kapaċità kontributiva tal-impriża, xorta waħda adottat deċiżjoni li mhijiex adegwata sabiex jintlaħaq l-għan imfittex.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205)