Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TN0366

    Kawża T-366/10 P: Appell ippreżentat fl- 1 ta’ Settembru 2010 minn Luigi Marcuccio mid-digriet mogħti fit- 22 ta’ Ġunju 2010 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-78/09, Marcuccio vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 288, 23.10.2010, p. 60–61 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.10.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 288/60


    Appell ippreżentat fl-1 ta’ Settembru 2010 minn Luigi Marcuccio mid-digriet mogħti fit-22 ta’ Ġunju 2010 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-78/09, Marcuccio vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-366/10 P)

    ()

    (2010/C 288/109)

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Partijiet

    Appellant: Luigi Marcuccio (Tricase, L-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

    Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet tal-appellant

    Fi kwalunkwe każ, tannulla d-digriet ikkontestat fl-intier tiegħu;

    tiddikjara li r-rikors ippreżentat fl-ewwel istanza u li kien is-suġġett tad-digriet ikkontestat kien perfettament ammissibbli;

    prinċipalment: tilqa’, fl-intier tagħhom, it-talbiet imressqa mill-appellant fl-ewwel istanza;

    tikkundanna l-konvenuta sabiex tirrimborsa lill-appellant l-ispejjeż ġudizzjarji u l-onorarji kollha, li huwa sostna u li għadu qed isostni inkonnessjoni mal-kawża inkwistjoni fi kwalunkwe stadju tal-proċedura.

    Sussidjarjament: tibgħat lura l-kawża quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku sabiex jiddeċiedi mill-ġdid, taħt kompożizzjoni ġdida, dwar il-mertu ta’ din il-kawża.

    Aggravji u argumenti prinċipali

    L-appell preżenti jirrigwarda d-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-22 ta’ Ġunju 2010. Permezz ta’ dan id-digriet, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ċaħad bħala manifestament inammissibbli rikors għall-kumpens tad-dannu subit mill-appellant minħabba r-rifjut tal-konvenuta li tirrimborsah l-ispejjeż li jistgħu jinġabra li huwa jqis li sostna fil-Kawża T-18/04, Marcuccio vs Il-Kummissjoni.

    Insostennn tat-talbiet tiegħu, l-appellant jilmenta dwar l-interpretazzjoni żbaljata u irraġonevoli tal-kunċett ta’ talbiet fis-sens tal-Artikoli 90 u 91 tar-Regolamenti tal-Persunal, nuqqas assolut ta’ motivazzjoni, kif ukoll applikazzjoni żbaljata u żnaturament tal-fatti, u l-interpretazzjoni żbaljata tal-ġurisprudenza dwar l-intaxxar tal-ispejjeż tal-kawża li għalihom parti tkun ġiet ikkundannata.

    L-appellant jilmenta wkoll dwar il-ksur tad-dritt tiegħu li jinstema’ u tad-dritt tiegħu għad-difiża, kif ukoll dwar il-fatt li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku naqas milli jiddeċiedi xi wħud mit-talbiet tiegħu.


    Top