Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TN0352

    Kawża T-352/10: Rikors ippreżentat fis- 26 ta’ Awwissu 2010 — Milux v UASI (RECTALCONTROL) Milux vs UASI

    ĠU C 288, 23.10.2010, p. 54–55 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.10.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 288/54


    Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Awwissu 2010 — Milux v UASI (RECTALCONTROL) Milux vs UASI

    (Kawża T-352/10)

    ()

    (2010/C 288/101)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Milux Holding SA (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: J. Bojs, lawyer)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-28 ta’ Lulju 2010 fil-Każ R 1443/2009-4;

    tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali “RECTALCONTROL” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 10 u 44

    Deċiżjoni tal-eżaminatur: Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja miċħuda

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

    Motivi invokati: Ksur tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell applika b’mod żbaljat il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ trattament ugwali għal fatti ta’ din il-kawża; u sussidjarjament, ksur tal-Artikoli 7(1)(b) u 7(1)(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell żbalja fil-konklużjoni tiegħu li t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni ma għandhiex karattru suffiċjentement distint inerenti.


    Top