This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010TN0334
Case T-334/10: Action brought on 10 August 2010 — Leifheit v OHIM — Vermop Salmon (Twist System)
Kawża T-334/10: Rikors ippreżentat fl- 10 ta’ Awwissu 2010 — Leifheit AG vs UASI — Vermop Salmon (Twist System)
Kawża T-334/10: Rikors ippreżentat fl- 10 ta’ Awwissu 2010 — Leifheit AG vs UASI — Vermop Salmon (Twist System)
ĠU C 288, 23.10.2010, p. 45–46
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
23.10.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 288/45 |
Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Awwissu 2010 — Leifheit AG vs UASI — Vermop Salmon (Twist System)
(Kawża T-334/10)
()
(2010/C 288/87)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Leifheit AG (Nassau, il-Ġermanja) (rappreżentanti: G. Hasselblatt u V. Töbelmann, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Vermop Salmon GmbH (Gilching, il-Ġermanja)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-12 ta’ Mejju 2010 fil-Każijiet magħquda R 924/2009-1 u R 1013/2009-1; |
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż; |
— |
fil-każ li Vermop Salmon GmbH tintervjeni f’din il-kawża, tikkundanna lil din il-kumpannija intervenjenti għall-ispejjeż tagħha. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: trade mark verbali “Twist System” għal prodotti fil-klassijiet 7, 8 u 21.
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti.
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: Vermop Salmon GmbH.
Dritt tat-trade mark tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità: trade mark verbali “TWIX” għal prodotti fil-klassi 21 u trade mark verbali “TWIXTER” għal prodotti fil-klassijiet 9, 12, 21, 22 u 25.
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità parzjalment milqugħa.
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: l-appell ta’ Vermop Salmon intiż sabiex l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark tar-rikorrenti għal prodotti oħra tiġi miċħuda ġie milqugħ u l-appell tar-rikorrenti ġie miċħud.
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 63(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1) minħabba li l-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI ma eżaminax jekk il-provi tal-użu mressqa minn Vermop Salmon kinux suffiċjenti sabiex jistabbilixxu użu ġenwin tat-trade marks Komunitarji preċedenti kif ukoll ksur tad-dispożizzjonijiet tal-ewwel u t-tieni sentenza tal-Artikolu 57(2) flimkien ma’ dawk tal-Artikolu 42(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 minħabba li l-provi tal-użu mressqa fil-proċess minn Vermop Salmon ma jurux użu ġenwin tat-trade marks Komunitarji preċedenti, ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 minħabba li t-trade marks kunfliġġenti ma jixxibhux.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).