Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TN0328

Kawża T-328/10: Rikors ippreżentat fl- 10 ta’ Awwissu 2010 — Fraas vs UASI (Disinn iċċangjat bil-kuluri griż skur, griż ċar, beige u aħmar skur)

ĠU C 288, 23.10.2010, p. 44–45 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 288/44


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Awwissu 2010 — Fraas vs UASI (Disinn iċċangjat bil-kuluri griż skur, griż ċar, beige u aħmar skur)

(Kawża T-328/10)

()

(2010/C 288/85)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: V. Fraas GmbH (Helmbrechts-Wüstenselbitz, il-Ġermanja) (rappreżentanti: G. Würtenberger u R. Kunze, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas 7 ta’ Ġunju 2010, fil Każ R 190/2010-4;

tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva, li tirrappreżenta disinn iċċangjat bil-kuluri griż skur, griż ċar, beige u aħmar skur, għal prodotti fil-klassijiet 18, 24 u 25

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) flimkien mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1), peress li t-trade mark inkwistjoni għandha karattru deskrittiv, u ksur tal-Artikoli 75 u 76 tar Regolament (KE) Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell ma ħax inkunsiderazzjoni d-diversi argumenti ta’ fatt u ta’ dritt li ġew ippreżentati mir rikorrenti


(1)  Regolament tal Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas 26 ta’ Frar 2009, dwar it trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).


Top