Kies de experimentele functies die u wilt uitproberen

Dit document is overgenomen van EUR-Lex

Document 62008TA0074

    Kawża T-74/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad- 9 ta’ Settembru 2010 — Now Pharm AG vs Il-Kummissjoni ( “Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem — Proċedura ta’ denominazzjoni tal-prodotti mediċinali orfni — Applikazzjoni għal denominazzjoni tal-prodott mediċinali ‘Estratt likwidu speċjali ta’ Chelidonii radix’ ( ‘Ukrain’ ) bħala prodott mediċinali orfni — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad id-denominazzjoni bħala prodott mediċinali orfni” )

    ĠU C 288, 23.10.2010, blz. 33–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.10.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 288/33


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2010 — Now Pharm AG vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-74/08) (1)

    (Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem - Proċedura ta’ denominazzjoni tal-prodotti mediċinali orfni - Applikazzjoni għal denominazzjoni tal-prodott mediċinali ‘Estratt likwidu speċjali ta’ Chelidonii radix’ (‘Ukrain’) bħala prodott mediċinali orfni - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad id-denominazzjoni bħala prodott mediċinali orfni)

    (2010/C 288/63)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Now Pharm AG (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: inizjalment C. Kaletta u I.-J. Tegebauer, sussegwentement C. Kaletta, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Schima u M. Šimerdová, aġenti)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 6132, tal-4 ta’ Diċembru 2007, dwar iċ-ċaħda tad-denominazzjoni tal-prodott mediċinali “Estratt likwidu speċjali ta’ Chelidonii radix” bħala prodott mediċinali orfni, skont ir-Regolament (KE) Nru 141/2000, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 1999, dwar il-prodotti mediċinali orfni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 5, p. 21)

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    (2)

    Now Pharm AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 92, 12.4.2008.


    Naar boven