Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006TA0063

Kawża T-63/06: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad- 9 ta’ Settembru 2010 — Evropaïki Dynamiki vs EMCDDA ( “Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti tal-EMCDDA — Provvista ta’ servizzi informatiċi ta’ programmazzjoni u ta’ konsulenza dwar softwer tal-kompjuterijiet — Ċaħda tal-offerta ta’ offerent — Kriterji għall-għoti — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Trattament ugwali — Trasparenza — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Obbligu ta’ motivazzjoni” )

ĠU C 288, 23.10.2010, p. 30–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 288/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2010 — Evropaïki Dynamiki vs EMCDDA

(Kawża T-63/06) (1)

(Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti tal-EMCDDA - Provvista ta’ servizzi informatiċi ta’ programmazzjoni u ta’ konsulenza dwar softwer tal-kompjuterijiet - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent - Kriterji għall-għoti - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Trattament ugwali - Trasparenza - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Obbligu ta’ motivazzjoni)

(2010/C 288/56)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: N. Korogiannakis, avukat)

Konvenut: Iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (EMCDDA) (rappreżentanti: D. Storti, aġent, assistit minn J. Stuyck, avukat)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga, tal-5 ta’ Diċembru 2005, li ma taċċettax l-offerta sottomessa mir-rikorrenti fil-kuntest tas-sejħa għal offerti għall-provvista ta’ servizzi ta’ programmazzjoni u ta’ konsulenza dwar softwer tal-kompjuterijiet (ĠU S 187), kif ukoll li tagħti l-kuntratt lil offerent ieħor u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti miċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (EMCDDA).


(1)  ĠU C 86, 08.04.2006.


Top