Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CB0461

Kawża C-461/09 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tad- 9 ta’ Lulju 2010 — The Wellcome Foundation Ltd vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Serono Genetics Institute SA ( “Appell — Trade mark Komunitarja — Trade mark verbali FAMOXIN — Talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tal-proprjetarju tat-trade mark verbali nazzjonali LANOXIN — Ċaħda tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità” )

ĠU C 288, 23.10.2010, p. 26–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 288/26


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tad-9 ta’ Lulju 2010 — The Wellcome Foundation Ltd vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Serono Genetics Institute SA

(Kawża C-461/09 P) (1)

(Appell - Trade mark Komunitarja - Trade mark verbali FAMOXIN - Talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tal-proprjetarju tat-trade mark verbali nazzjonali LANOXIN - Ċaħda tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità)

(2010/C 288/45)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanta: The Wellcome Foundation Ltd (rappreżentant: R. Gilbey, avukat)

Appellat: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent), Serono Genetics Institute SA

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Seba’ Awla) tat-23 ta’ Settembru 2009, GlaxoSmithkline-Laboratórios Wellcome de Portugal-The Wellcome Foundation vs UASI (T-493/07, T-26/08, T-27/08), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet rikors għal annullament ippreżentat mill-proprjetarju tat-trade mark verbali nazzjonali “LANOXIN”, għall-prodotti fil-klassi 5, kontra d-Deċiżjoni R 8/2007-1 tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tal-14 ta’ Settembru 2007, li tiċħad ir-rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni li tirrifjuta t-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità ppreżentata mir-rikorrenti għal dak li jirrigwarda t-trade mark verbali Komunitarja “FAMOXIN”, għall-prodotti u servizzi fil-klassi 5

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

The Wellcome Foundation Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 37, 13.02.2010


Top