This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010CN0427
Case C-427/10: Reference for a preliminary ruling from the Corte Suprema di Cassazione (Italy) lodged on 31 August 2010 — Banca Antoniana Popolare Veneta s.p.a., incorporating Banca Nazionale Dell’Agricoltura s.p.a. v Ministero dell’Economia e delle Finanze, Agenzia delle Entrate
Kawża C-427/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte Suprema di Cassazione (l-Italja) fil- 31 ta’ Awissu 2010 — Banca Antoniana Popolare Veneta spa, li tinkludi l-Banca Nazionale dell’Agricoltura spa vs Ministero dell’Economia e delle Finanze, Agenzia delle Entrate
Kawża C-427/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte Suprema di Cassazione (l-Italja) fil- 31 ta’ Awissu 2010 — Banca Antoniana Popolare Veneta spa, li tinkludi l-Banca Nazionale dell’Agricoltura spa vs Ministero dell’Economia e delle Finanze, Agenzia delle Entrate
ĠU C 288, 23.10.2010, p. 26–26
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
23.10.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 288/26 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte Suprema di Cassazione (l-Italja) fil-31 ta’ Awissu 2010 — Banca Antoniana Popolare Veneta spa, li tinkludi l-Banca Nazionale dell’Agricoltura spa vs Ministero dell’Economia e delle Finanze, Agenzia delle Entrate
(Kawża C-427/10)
()
(2010/C 288/44)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Corte Suprema di Cassazione
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Banca Antoniana Popolare Veneta spa, li tinkludi l-Banca Nazionale dell’Agricoltura spa
Konvenuta: Ministero dell’Economia e delle Finanze, Agenzia delle Entrate
Domandi preliminari
(1) |
Il-prinċipji ta’ effettività, ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ newtralità fiskali fil-qasam ta’ taxxa fuq il-valur miżjud jipprekludu leġiżlazzjoni jew prassi nazzjonali li tipprovdi li d-dritt taċ-ċessjonarju/min jirċievi s-servizz għar-rimbors tal-VAT imħallsa inġustament jammonta, għad-differenza tad-dritt eżerċitat mid-debitur prinċipali (ċedent jew fornitur tas-servizz), għal dritt ta’ rkupru ta’ pagament oġġettivament mhux dovut skont id-dritt komuni, u li t-terminu previst għaċ-ċessjonarju/min jirċievi s-servizz huwa kunsiderevolment itwal minn dak applikabbli għad-debitur prinċipali, b’mod li t-talba taċ-ċessjonarju/min jirċievi s-servizz, ippreżentata meta t-terminu previst għad-debitur prinċipali kien iddekorra, tista’ tagħti lok għall-kundanna tad-debitur prinċipali għar-rimbors, mingħajr ma dan tal-aħħar ikun għadu jista’ jitlob ir-rimbors mingħand l-awtorità tat-taxxa; dan kollu fin-nuqqas ta’ kull dispożizzjoni li tippermetti li jiġu kkoordinati l-proċeduri mibdija jew li jridu jinbdew quddiem id-diversi qrati sabiex jiġu evitati kunflitti jew nuqqas ta’ qbil? |
(2) |
Indipendentement mill-ipoteżi preċedenti, il-prinċipji msemmija iktar ’il fuq huma kompatibbli ma’ prassi jew ġurisprudenza nazzjonali li tippermetti li deċiżjoni li tordna r-rimbors tingħata kontra l-fornitur/fornitur ta’ servizzi u favur iċ-ċessjonarju/min jirċievi s-servizz, meta ċ-ċedent/fornitur ma jkunx eżerċita l-azzjoni għar-rimbors quddiem qorti oħra fit-termini imposti fuqu, billi jibbaża ruħu fuq interpretazzjoni ġurisprudenzjali, implementata mill-prassi amministrattiva, li tgħid li t-tranżazzjoni hija suġġetta għall-VAT? |