This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010CN0418
Case C-418/10 P: Appeal brought on 23 August 2010 by Herhof-Verwaltungsgesellschaft mbH against the judgment of the General Court (Fourth Chamber) delivered on 7 July 2010 in Case T-60/09 Herhof-Verwaltungsgesellschaft mbH v Office for Harmonisation in the Internal Market (Trade Marks and Designs), other party to the proceedings before the Board of Appeal of OHIM: Stabilator sp zoo
Kawża C-418/10 P: Appell ippreżentat minn Herhof-Verwaltungsgesellschaft mbH fit- 23 ta’ Awwissu 2010 mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) mogħtija fis- 7 ta’ Lulju 2010 fil-Kawża T-60/09 — Herhof-Verwaltungsgesellschaft mbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Stabilator sp. z o.o.
Kawża C-418/10 P: Appell ippreżentat minn Herhof-Verwaltungsgesellschaft mbH fit- 23 ta’ Awwissu 2010 mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) mogħtija fis- 7 ta’ Lulju 2010 fil-Kawża T-60/09 — Herhof-Verwaltungsgesellschaft mbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Stabilator sp. z o.o.
ĠU C 288, 23.10.2010, p. 24–25
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
23.10.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 288/24 |
Appell ippreżentat minn Herhof-Verwaltungsgesellschaft mbH fit-23 ta’ Awwissu 2010 mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) mogħtija fis-7 ta’ Lulju 2010 fil-Kawża T-60/09 — Herhof-Verwaltungsgesellschaft mbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Stabilator sp. z o.o.
(Kawża C-418/10 P)
()
(2010/C 288/42)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: Herhof-Verwaltungsgesellschaft mbH (rappreżentanti: A. Zinnecker u S. Müller, avukati)
Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Stabilator sp. z o.o.
Talbiet tal-appellanti
— |
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas-7 ta’ Lulju 2010 fil-Kawża T-60/09, |
— |
tiddeċiedi dwar il-kwistjoni b’mod definittiv u tilqa’ t-talbiet tal-appellanti fl-ewwel istanza, |
— |
sussidjarjament, tilqa’ l-ewwel talba tagħha li tannulla s-sentenza u tirrinvija l-każ lill-Qorti Ġenerali, |
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż. |
Aggravji u argumenti prinċipali
(1) |
L-ewwel nett, il-motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata hija, minnha nfisha, kontradittorja. Il-Qorti Ġenerali tirrikonoxxi minn naħa, li l-Bord tal-Appell illimita ruħu li jeżamina biss liema tipi ta’ kumpanniji joffru l-prodotti u s-servizzi kunfliġġenti u, għaldaqstant, evalwat b’mod żbaljat il-medda ta’ kumpanniji bħal dawn, evalwazzjoni żbaljata minħabba l-interpretazzjoni restrittiva tar-repertorju tat-trade marks preċedenti. Min-naħa l-oħra, il-kwistjoni dwar jekk il-Bord tal-Appell wettaqx żbalji ta’ evalwazzjoni tista’ tiġi deċiża biss wara test ta’ “evalwazzjoni rispettiva ta’ kull prodott kopert bl-applikazzjoni ta’ prodotti u servizzi mill-Bord tal-Appell”, filwaqt li l-Qorti Ġenerali — u mhux bħalma seħħ quddiem l-UASI — tasal għall-konklużjoni li ma kien hemm ebda żball ta’ evalwazzjoni evidenti minn naħa tal-Bord tal-Appell. Din l-inkonsistenza teffettwa lill-appellanti, minħabba li fil-kuntest tat-tqabbil partikolari magħmul mill-Qori Ġenerali din tirrikorri għat-“tqabbil globali” imwettaq mill-Bord tal-Appell fuq il-bażi tal-industrija, b’mod li l-interpretazzjoni restrittiva li tirriżulta mill-prodotti u s-servizzi tat-trade marks preċedenti tirriżulta wkoll f’dan ir-rigward. |
(2) |
It-tieni nett, il-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 inkwantu, fir-rigward tal-listi ta’ prodotti u servizzi tat-trade marks inkwistjoni, il-Qorti Ġenerali tinterpretahom restrittivament fid-dawl tal-paragun ġenerali magħmul mill-Bord tal-Appell u għaldaqstant, żnaturat il-kontenut ta’ dawn il-listi u, għalhekk, żnaturat il-fatti derivati minnhom bħat-tip, l-użu, l-iskop u d-destinatarji ta’ dawn il-prodotti u servizzi. |
(3) |
It-tielet nett, il-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 65 tar-Regolament Nru 207/2009 u r-Regoli tal-Proċedura tagħha stess, b’mod partikolari l-prinċipju tad-dritt Komunitarju għal smigħ xieraq, inkwantu hija rrifjutat li tawtorizza ċerti dokumenti, minkejja li ma kienx possibbli għall-appellanti li tippreżenta dawn id-dokumenti quddiem l-UASI għaliex ma setgħetx tipprevedi li l-UASI ma jipparagunax il-prodotti u servizzi, iżda sempliċement jevalwahom b’mod globali. |