Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CN0367

Kawża C-367/10 P: Appell ippreżentat fit- 22 ta’ Lulju 2010 minn EMC Development AB mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tat- 12 ta’ Mejju 2010 fil-Kawża T-432/05, EMC Development AB vs Il-Kummissjoni Ewropea

ĠU C 288, 23.10.2010, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 288/20


Appell ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2010 minn EMC Development AB mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tat-12 ta’ Mejju 2010 fil-Kawża T-432/05, EMC Development AB vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-367/10 P)

()

(2010/C 288/33)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: EMC Development AB (rappreżentant: W.-N. Schelp, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

(i)

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Settembru 2005;

(ii)

sussidjarjament, tannulla fl-intier tagħha jew parzjalment id-deċiżjoni appellata u tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tiddeċiedi fuq il-mertu, fid-dawl tal-indikazzjonijiet li l-Qorti tal-Ġustizzja ser eventwalment tipprovdi.

(iii)

fi kwalunkwe każ, tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-appellanti quddiem il-Qorti Ġenerali u l-Qorti tal-Ġustizzja.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali, billi adottat il-pożizzjonijiet tal-Kummissjoni fil-konfront tal-linji gwida, talbet lill-appellanti tagħti prova ta’ kwistjonijiet fattwali u qiegħdet oneru kbir fuq l-istess appellanti. B’hekk, hija fittxet li tirrikjedi prova tal-effetti tal-istandard mingħajr ma kkunsidrat il-kwistjonijiet usa’ u iktar fundamentali tan-natura tagħha. L-appellanti ssostni li dan jikkostitwixxi żball ta’ liġi u li ġie invertit l-ordni ta’ proċedura tat-testijiet fir-rigward tan-natura u l-effetti tal-istandard.


Top