This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62009CB0498
Case C-498/09 P: Order of the Court of 10 June 2010 — Thomson Sales Europe v European Commission (Appeal — Customs Code — Remission of import duties — Waiver of post-clearance recovery — Anti-dumping duties — No obvious negligence — Complexity of the legislation — Professional experience — Operator’s diligence — Colour televisions made in Thailand — Challengeable acts)
Kawża C-498/09 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal- 10 ta’ Ġunju 2010 — Thomson Sales Europe vs Il-Kummissjoni Ewropea ( “Appell — Kodiċi Doganali — Remissjoni ta’ dazju doganali — Nuqqas ta’ rkupru a posteriori — Dazji antidumping — Nuqqas ta’ negliġenza manifesta — Kumplessità tal-leġiżlazzjoni — Esperjenza professjonali — Diliġenza tal-operatur — Televiżjonijiet bil-kulur iffabbrikati fit-Tajlandja — Atti li jistgħu jiġu kkontestati” )
Kawża C-498/09 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal- 10 ta’ Ġunju 2010 — Thomson Sales Europe vs Il-Kummissjoni Ewropea ( “Appell — Kodiċi Doganali — Remissjoni ta’ dazju doganali — Nuqqas ta’ rkupru a posteriori — Dazji antidumping — Nuqqas ta’ negliġenza manifesta — Kumplessità tal-leġiżlazzjoni — Esperjenza professjonali — Diliġenza tal-operatur — Televiżjonijiet bil-kulur iffabbrikati fit-Tajlandja — Atti li jistgħu jiġu kkontestati” )
ĠU C 288, 23.10.2010, p. 17–18
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
23.10.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 288/17 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta’ Ġunju 2010 — Thomson Sales Europe vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-498/09 P) (1)
(Appell - Kodiċi Doganali - Remissjoni ta’ dazju doganali - Nuqqas ta’ rkupru a posteriori - Dazji antidumping - Nuqqas ta’ negliġenza manifesta - Kumplessità tal-leġiżlazzjoni - Esperjenza professjonali - Diliġenza tal-operatur - Televiżjonijiet bil-kulur iffabbrikati fit-Tajlandja - Atti li jistgħu jiġu kkontestati)
(2010/C 288/28)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Thomson Sales Europe (rappreżentanti: F. Foucault u F. Goguel, avukati)
Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Bouyon u H. van Vliet, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla), tad-29 ta’ Settembru 2009, Thomas Sales Europe vs Il-Kummissjoni (Kawżi magħquda T-225/07 u T-364/07), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors ippreżentat mir-rikorrenti intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni REM Nru 03/05, tas-7 ta’ Mejju 2007, li tindika lill-awtoritajiet Franċiżi li ma kienx iġġustifikat li tingħata remissjoni ta’ dazju fuq l-importazzjoni fuq ir-riċevituri tat-televiżjonijiet bil-kulur iffabbrikati fit-Tajlandja kkonċernati mit-talba tagħhom tal-14 ta’ Settembru 2005, kif ukoll l-annullament tal-ittra tal-Kummissjoni, tal-20 ta’ Lulju 2007, li ma tikkonfermax il-ksib tal-benefiċċju tan-nuqqas ta’ rkupru a posteriori ta’ dazji fuq l-importazzjoni fir-rigward tal-imsemmija riċevituri — Proċedura relatata mat-talba għal remissjoni ta’ dazju mitluba abbażi tal-Artikolu 239 tal-Kodiċi Doganali kif ukoll dik relatata man-nuqqas ta’ rkupru a posteriori tal-imsemmija dazju abbażi tal-Artikolu 220(2)(b) tal-imsemmi kodiċi — Nuqqas ta’ rispett tad-drittijiet tad-difiża — Żball ta’ kwalifika ġuridika tal-fatti
Dispożittiv
(1) |
L-appell huwa miċħud. |
(2) |
Thomson Sales Europe hija kkundannata għall-ispejjeż. |