Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CB0440

    Kawża C-440/07 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tad- 9 ta’ Ġunju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Schneider Electric SA, Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, Ir-Repubblika Franċiża ( “Appell — Annullament parzjali tas-sentenza appellata — Kawża fi stat li tiġi deċiża — Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Komunità — Évalwazzjoni tad-dannu” )

    ĠU C 288, 23.10.2010, p. 13–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.10.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 288/13


    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-9 ta’ Ġunju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Schneider Electric SA, Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, Ir-Repubblika Franċiża

    (Kawża C-440/07 P) (1)

    (Appell - Annullament parzjali tas-sentenza appellata - Kawża fi stat li tiġi deċiża - Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Komunità - Évalwazzjoni tad-dannu)

    (2010/C 288/20)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Petite, F. Arbault, T. Christoforou, R. Lyal u C-F Durand, aġenti)

    Appellati: Schneider Electric SA (rappreżentanti: M. Pittie u A. Winckler, avukati), Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, Ir-Repubblika Franċiża

    Suġġett

    Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla Estiża) tal-11 ta’ Lulju 2007, Schneider Electric vs Il-Kummissjoni (T-351/03), li biha l-Qorti tal-Prim’Istanza kkundannat lill-Komunità Ewropea li tikkumpensa, minn naħa, l-ispejjeż li sostniet Schneider Electric minħabba l-parteċipazzjoni tagħha għat-tkomplija tal-proċedura ta’ kontroll ta’ konċentrazzjoni li seħħet wara l-għoti tas-sentenzi tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-22 ta’ Ottubru 2002, Schneider Electric vs Il-Kummissjoni (T-310/01 u T-77/02) u, min-naħa l-oħra, iż-żewġ terzi tad-dannu subit minn Schneider Electric minħabba l-ammont ta’ tnaqqis tal-prezz tat-trasferiment ta’ Legrand SA li Schneider Electric kellha tagħti lill-akkwirent b’riżultat tal-posponiment tal-iskadenza tat-twettiq effettiv tal-bejgħ ta’ Legrand sal-10 ta’ Diċembru 2002 — Kundizzjonijiet għar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Komunità — Kunċetti ta’ żball, ta’ dannu u ta’ rabta kawżali diretta bejn il-fatt kommess u d-dannu subit — Ksur “suffiċjentement serju” tad-dritt Komunitarju li jivvizzja proċedura ta’ verifika tal-kompatibbiltà ta’ konċentrazzjoni mas-suq komuni

    Dispożittiv

    (1)

    L-ammont ta’ dannu li jista’ jiġi kkumpensat imsemmi fil-punt 3 tad-dispożittiv tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej tas-16 ta’ Lulju 2009, Il-Kummissjoni vs Schneider Electric (C-440/07 P, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), huwa stabbilit għas-somma ta’ EUR 50 000.

    (2)

    It-talba ta’ Schneider Electric SA dwar l-ispejjeż hija miċħuda.


    (1)  GU C 22, 26.01.2008.


    Top