Valige katsefunktsioonid, mida soovite proovida

See dokument on väljavõte EUR-Lexi veebisaidilt.

Dokument 62009CA0254

Kawża C-254/09 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat- 2 ta’ Settembru 2010 — Calvin Klein Trademark Trust vs Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Zafra Marroquineros SL (Appell — Trade mark Komunitarja — Trade mark verbali CK CREACIONES KENNYA — Oppożizzjoni mill-proprjetarju b’mod partikolari tat-trade mark figurattiva Komunitarja CK Calvin Klein u tat-trade marks nazzjonali CK — Oppożizzjoni miċħuda)

ĠU C 288, 23.10.2010, lk 12—12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 288/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-2 ta’ Settembru 2010 — Calvin Klein Trademark Trust vs Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Zafra Marroquineros SL

(Kawża C-254/09 P) (1)

(Appell - Trade mark Komunitarja - Trade mark verbali CK CREACIONES KENNYA - Oppożizzjoni mill-proprjetarju b’mod partikolari tat-trade mark figurattiva Komunitarja CK Calvin Klein u tat-trade marks nazzjonali CK - Oppożizzjoni miċħuda)

(2010/C 288/18)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Calvin Klein Trademark Trust (rappreżentant: T. Andrade Boué, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: O. Mondéjar Ortuño, aġent), Zafra Marroquineros SL (rappreżentant: J.E. Martín Álvarez, avukat)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla), tas-7 ta’ Mejju 2009, Calvin Klein Trademark Trust vs UASI u Zafra Marroquineros, S.L (T-185/07) li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tad-29 ta’ Marzu 2007 (Każ R 314/2006-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Calvin Klein Trademark Trust u Zafra Marroquineros, SL.

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Calvin Klein Trademark Trust hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 205, 29.08.2009


Üles