This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62007CA0290
Case C-290/07 P: Judgment of the Court (First Chamber) of 2 September 2010 — European Commission v Scott SA, Département du Loiret, French Republic (Appeal — State aid — Preferential price for the purchase of developed land — Inquiry as to market value — Formal investigation procedure — Regulation (EC) No 659/1999 — Obligation to undertake a diligent and impartial examination — Scope of the Commission’s power freely to assess value — Costs method — Scope of review by the Courts)
Kawża C-290/07 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat- 2 ta’ Settembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Scott SA, Département du Loiret, Ir-Repubblika Franċiza ( “Appell — Għajnuna mill-Istat — Prezz preferenzjali għax-xiri ta’ art żviluppata — Determinazzjoni tal-valur tas-suq — Proċedura ta’ investigazzjoni formali — Regolament (KE) Nru 659/1999 — Obbligu ta’ eżami diliġent u imparzjali — Portata tas-setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni — Metodu tal-ispejjeż — Portata tal-istħarriġ ġudizzjarju” )

ĠU C 288, 23.10.2010, p. 6–7
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
23.10.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 288/6 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-2 ta’ Settembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Scott SA, Département du Loiret, Ir-Repubblika Franċiza
(Kawża C-290/07 P) (1)
(Appell - Għajnuna mill-Istat - Prezz preferenzjali għax-xiri ta’ art żviluppata - Determinazzjoni tal-valur tas-suq - Proċedura ta’ investigazzjoni formali - Regolament (KE) Nru 659/1999 - Obbligu ta’ eżami diliġent u imparzjali - Portata tas-setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni - Metodu tal-ispejjeż - Portata tal-istħarriġ ġudizzjarju)
(2010/C 288/11)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: J. Flett, aġent)
Appellati: Scott SA (rappreżentanti: J. Lever QC, R. Griffith, M. Papadakis, Solicitors, J. Gardner u G. Peretz, Barristers), Département du Loiret (rappreżentant: A. Carnelutti, avukat), Ir-Repubblika Franċiza (rappreżentanti: G. De Bergues, S. Seam u F. Million, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (L-Ewwel Awla) tad-29 ta’ Marzu 2007, Scott vs Il-Kummissjoni (T-366/00), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza annullat l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/14/KE, tat-12 ta’ Lulju 2000, li tikkonċerna għajnuna mogħtija minn Franza favur Scott Paper SA/Kimberly-Clark (ĠU L 12, p. 1), safejn din tirrigwarda l-għajnuna mogħtija fil-forma ta’ prezz preferenzjali ta’ art imsemmija fl-Artikolu 1 tagħha
Dispożittiv
(1) |
Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tad-29 ta’ Marzu 2007, Scott vs Il-Kummissjoni (T-366/00), hija annullata. |
(2) |
Il-kawża hija rrinvijata quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea. |
(3) |
L-ispejjeż huma rriżervati. |