Valitse kokeelliset ominaisuudet, joita haluat kokeilla

Tämä asiakirja on ote EUR-Lex-verkkosivustolta

Asiakirja 52010XC0828(02)

Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat- Trattat tal-KE għal għajnuniet mill-Istat lil impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

ĠU C 233, 28.8.2010, s. 8—10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 233/8


Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat- Trattat tal-KE għal għajnuniet mill-Istat lil impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

2010/C 233/05

Għajnuna Nru: XA 97/10

Stati Membri: L-Italja

Reġjun: It-territorju nazzjonali kollu

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Concessione di un contributo per la partecipazione del giovane imprenditore agricolo (o di un proprio collaboratore) alla manifestazione fieristica SIAL, Parigi — 17/21 ottobre 2010.

Bażi legali: Art. 2 della Legge 15 dicembre 1998, n. 441, recante «Norme per la diffusione e la valorizzazione dell’imprenditoria in agricoltura».

L-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 tal-Kummissjoni Ewropea tal-15 ta' Diċembru 2006.

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: Nefqa kumplessiva ppjanata ta' EUR 150 000,00

Intensità massima tal-għajnuna: 100 % tal-ispejjeż eliġibbli

Data tal-implimentazzjoni: Mid-data tal-pubblikazzjoni tan-numru tar-reġistrazzjoni tat-talba għal eżenzjoni fuq is-sit tal-internet tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni Ewropea.

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: Sal-31 ta' Diċembru 2010

Għan tal-għajnuna: L-għajnuna qed tingħata biex tinċentiva lill-bdiewa u l-ħaddiema tal-irziezet biex jipparteċipaw f'fora sabiex jikkondividu l-għarfien bejn l-intrapriżi, u f'kompetizzjonijiet, wirjiet u fieri skont l-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta’ Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għal għajnuna mill-Istat għal intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju attivi fil-produzzjoni ta’ prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (ĠU L 358, 16.12.2006, p. 3).

Il-miżati tal-parteċipazzjoni fil-wirjiet u l-kiri tal-armar tal-wirjiet huma ammessi bħala spejjeż eliġibbli.

Din l-għajnuna mill-Istat hija pprovduta bl-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006, u qed tingħata bħala servizz ta' sussidju li mhux se jinvolvi pagamenti diretti ta' flus lill-produtturi.

Settur jew setturi benefiċjarji: Agrikoltura.

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Ministero delle politiche agricole alimentari e forestali

Dipartimento delle politiche competitive del mondo rurale e della qualità

Direzione generale della competitività per lo sviluppo rurale

Via XX Settembre 20

00187 Roma RM

ITALIA

Indirizz tal- Internet: http://www.politicheagricole.gov.it/SviluppoRurale/GiovaniAgricoltura/default.htm

Informazzjoni oħra: —

Għajnuna Nru: XA 101/10

Stati Membri: L-Olanda

Reġjun: Noord-Brabant

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Wijziging Subsidieregeling duurzame landbouw in Noord-Brabant (uitbreiding t.b.v. de bouw van stallen conform een zgn. ALFA-ontwerp)

Bażi legali: Artikel 152 van de Provinciewet, artikel 2 van de Algemene subsidieverordening Provincie Noord-Brabant.

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: Ammont totali disponibbli għall-implimentazzjoni tal-parti rilevanti tal-iskema ta' sussidju: EUR 500 000. L-applikazzjonijiet jistgħu jitressqu biss fl-2010.

Intensità massima tal-għajnuna: L-iskema tistipula li s-sussidju jista' jingħata għal 50 % tal-ispejjeż addizzjonali tal-kostruzzjoni ta' binjiet tar-razzett ddisinjati f'konformità mal-metodu użat fil-proġett ALFA meta mqabbel mal-kostruzzjoni konvenzjonali. L-investiment totali biex tinbena din it-tip ta' binja jammonta għal madwar EUR 1 000 000. Is-sussidju massimu li għandu jingħata huwa EUR 50 000. Dan huwa madwar 5 % tal-investiment totali u għalhekk l-intensità tal-għajnuna.

Data tal-implimentazzjoni: L-1 ta' Ġunju 2010, imma mhux qabel il-pubblikazzjoni tal-informazzjoni fil-qosor mill-Kummissjoni Ewropea.

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: Is-sussidju se jingħata bejn l-1 ta' Ġunju u 1 ta' Diċembru 2010 (sakemm is-sett tal-limitu tas-sussidju ma jintlaħaqx qabel). Is-sussidju jista' jibqa' jingħata sal-2012.

Għan tal-għajnuna: L-għan huwa biex l-intrapriżi jiġu mħeġġa jagħtu dehra iżjed attraenti lill-binjiet tar-razzett tagħhom (filwaqt li jżommu jew saħansitra jtejbu l-funzjonament tagħhom), u b'hekk jagħtu spinta biex titjieb il-kwalità tal-kampanja fir-reġjun ta' Brabant.

Qed isir użu tal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006.

Settur jew setturi benefiċjarji: L-intrapriżi agrikoli kollha

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Provincie Noord-Brabant

Brabantlaan 1

Postbus 90151

5200 MC Den Bosch

NEDERLAND

Indirizz tal- Internet: http://brabant.regelingenbank.eu/regeling/397-subsidieregeling-duurzame-landbouw-in-noord-brabant

http://www.brabant.nl/politiek-en-bestuur/bestuursinformatie/provinciale-bladen.aspx

Informazzjoni oħra: L-emenda hija marbuta mal-iskema ta' sussidju għall-agrikoltura sostenibbli ġewwa Noord Brabant, li ġiet innotifikata lill-Kummissjoni Ewropea fl-2008 u hija rreġistrata taħt Nru XA 220/08. L-emenda tikkonċerna żieda mal-attivitajiet eliġibbli taħt l-iskema. Qed tiġi miżjuda l-possibbiltà ta' applikazzjoni għal sussidju biex tinbena l-hekk magħrufa “binja ALFA”, mal-lista eżistenti tal-attivitajiet eliġibbli. Dan huwa metodu ġdid ta' bini mmirat lejn l-armonija ottima bejn l-użu agrikolu, li joqgħod mal-pajsaġġ, l-importanza funzjonali u l-kwalità viżiva tal-arkitettura. Minħabba li dan il-metodu ta' bini jiswa iżjed flus minn dak ta' “binja konvenzjonali”, issa qed jiġi propost sussidju għall-ispejjeż addizzjonali involuti fil-bini ta' “binja ALFA”. L-ewwel wieħed f'dan il-proġett, li żviluppa d-disinn tal-“binja ALFA”, ġie nnotifikat fl-2007 u ġie rreġistrat taħt in-Nru XA 417/07.

Ukoll, fl-2010 il-limitu ta' sussidju għal żewġ partijiet mill-iskema (għall-makkinarju u l-agrikoltura sostenibbli) qed jiġi stabbilit għal EUR 0 għaliex il-baġits disponibbli spiċċaw.

Il-possibbiltajiet l-oħra għal sussidju taħt l-iskema mhux qed jiġu adattati jew emendati. L-emenda hija għalhekk marbuta biss mal-għajnuna għall-investimenti għal bini tal-“binjiet ALFA”.

Għajnuna Nru: XA 105/10

Stati Membri: Il-Ġermanja

Reġjun: Il-Ġermanja

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Richtlinie über die Förderung der Beratung landwirtschaftlicher Unternehmen vor und während einer Umstellung des Betriebes auf ökologischen Landbau

421-40306/0025

Bażi legali: Richtlinie über die Förderung der Beratung landwirtschaftlicher Unternehmen vor und während einer Umstellung des Betriebes auf ökologischen Landbau;

Bundeshaushaltsgesetz.

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: sa EUR 0,5 miljun

Intensità massima tal-għajnuna: L-għajnuna se tingħata fil-forma ta’ għotja ta’ flus biex tiffinanzja xi proġett b’mod parzjali. L-għotja se tkun ta’ ammont li ma jaqbiżx nofs l-ispejjeż tas-servizzi ta’ konsulenza, iżda ta’ mhux aktar minn EUR 2 000 (ammont nett) għal kull tip ta’ konsulenza (il-konsulenza qabel ma ssir il-bidla u l-konsulenza wara li ssir il-bidla). L-għotja mhix se titħallas direttament lil min ikun qed jirċievi l-għajnuna.

Data tal-implimentazzjoni: L-1 ta’ Lulju 2010

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: Sal-31 ta’ Diċembru 2013

Għan tal-għajnuna: L-għoti ta’ għajnuna teknika (l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006) u ta’ għajnuna għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju talli jużaw is-servizzi ta’ kumpaniji ta’ konsulenza esterni (l-Artikolu 26 tar-Regolament (KE) Nru 800/2008)

Settur jew setturi benefiċjarji: Intrapriżi agrikoli tradizzjonali u organiċi li jaħdmu fl-oqsma kollha tal-biedja

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Bundesanstalt für Landwirtschaft und Ernährung (BLE) (L-Aġenzija federali għall-biedja u għall-ikel)

Postfach, 53168 Bonn

DEUTSCHLAND

Indirizz tal- Internet: http://www.bundesprogramm-oekolandbau.de/foerderrichtlinien/umstellungsberatung/

Informazzjoni oħra: Is-servizzi ta’ konsulenza mogħtija lill-intrapriżi agrikoli tradizzjonali f’dak li għandu x’jaqsam mal-opportunitajiet u l-konsegwenzi li ġġib magħha bidla tal-kumpanija minn waħda tradizzjonali għal waħda organika huma importanti ferm sabiex:

wieħed jiddeċiedi b’mod aħjar jekk il-bidla għall-biedja organika hijiex vijabbli, u b’liema kundizzjonijiet se tkun vijabbli; b’hekk dawn is-servizzi jgħinu lill-kumpaniji biex ma jeħdux deċiżjonijiet ħżiena tan-negozju;

sabiex itejbu l-prospetti ta’ suċċess ta’ bidla għall-biedja organika li tkun se ssir dalwaqt billi jżidu l-għarfien amministrattiv;

sabiex isaħħu r-rieda tal-bdiewa li jagħmlu l-bidla għall-biedja organika, u b’hekk iżidu l-għadd ta’ intrapriżi agrikoli li jużaw metodi organiċi tal-produzzjoni.

Is-servizzi ta’ konsulenza dwar il-metodi tal-produzzjoni u/jew dwar kwistjonijiet tan-negozju mogħtija matul il-proċess tal-bidla ta’ intrapriża agrikola minn waħda tradizzjonali għal waħda organika huma importanti ferm sabiex:

wieħed jiddeċiedi b’mod aħjar kif il-produzzjoni ta’ ċerti prodotti għandha tiġi adattata għall-kundizzjonijiet bażiċi mibdulin tal-intrapriża partikulari; b’hekk dawn is-servizzi jgħinu lill-intrapriżi jtejbu kemm jista’ jkun il-proċessi ta’ adattament tagħhom u jnaqqsu wkoll ir-riskju li l-intrapriżi jieħdu deċiżjonijiet ħżiena tan-negozju,

sabiex iżidu l-probabbiltà li l-proċess tal-bidla jitwettaq b’suċċess billi jkun żgurat li l-għarfien amministrattiv marbut ma’ qasam ikkumplikat ikompli jkun żviluppat b’mod kontinwu,

sabiex jittejjeb kemm jista’ jkun l-iżvilupp tan-negozju kemm waqt li tkun qed issir il-bidla skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 kif ukoll wara li tkun saret; b’hekk hija tħeġġeġ lill-bdiewa jkomplu għaddejjin bil-metodi l-ġodda tal-produzzjoni fit-tul, u tista’ tgħin biex wieħed jevita li l-intrapriżi jerġgħu jaqilbu għall-biedja tradizzjonali wara li jkunu għaddew il-ħames snin ta’ produzzjoni organika li huma obbligatorji skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005.

Sabiex l-intrapriżi jingħataw inċentiv biex jużaw is-servizzi ta’ kumpaniji ta’ konsulenza esterni, jistgħu jingħataw għajnuna għall-ispejjeż għal dawn it-tipi ta’ servizzi skont dawn il-linji gwida u skont id-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-paragrafi 23 u 44 tar-Regolament federali tal-baġit (il-BHO).

L-għotja se tkun ta’ ammont li ma jaqbiżx nofs l-ispejjeż tas-servizzi ta’ konsulenza, iżda ta’ mhux aktar minn EUR 2 000 (ammont nett) għal kull tip ta’ konsulenza (il-konsulenza qabel ma ssir il-bidla u l-konsulenza wara li ssir il-bidla).


Alkuun