This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010CN0205
Case C-205/10 P: Appeal brought on 30 April 2010 by Heinz Helmuth Eriksen against the order of the General Court (Fourth Chamber) delivered on 24 March 2010 in Case T-516/08: Heinz Helmuth Eriksen v European Commission
Kawża C-205/10 P: Appell ippreżentat fit- 30 ta’ April 2010 minn Heinz Helmuth Eriksen mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) mogħtija fl- 24 ta’ Marzu 2010 fil-Kawża T-516/08: Heinz Helmuth Eriksen vs Il-Kummissjoni Ewropeja
Kawża C-205/10 P: Appell ippreżentat fit- 30 ta’ April 2010 minn Heinz Helmuth Eriksen mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) mogħtija fl- 24 ta’ Marzu 2010 fil-Kawża T-516/08: Heinz Helmuth Eriksen vs Il-Kummissjoni Ewropeja
ĠU C 195, 17.7.2010, p. 6–7
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
17.7.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 195/6 |
Appell ippreżentat fit-30 ta’ April 2010 minn Heinz Helmuth Eriksen mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) mogħtija fl-24 ta’ Marzu 2010 fil-Kawża T-516/08: Heinz Helmuth Eriksen vs Il-Kummissjoni Ewropeja
(Kawża C-205/10 P)
2010/C 195/10
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellant: Heinz Helmuth Eriksen (rappreżentant: I. Anderson, avukat)
Appellata: Il-Kummissjoni Ewropeja
Talbiet tal-appellant
Ir-rikorrent jitlob lill-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
— |
Tannulla, fl-intier tagħha, is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2010 li ċaħdet ir-rikors tal-appellant bħala manifestament inammissibbli bl-ispejjeż. |
— |
Tieħu konjizzjoni tal-appell tal-appellanti u tordna lill-Kummissjoni tħallas lill-appellant:
|
Aggravji u argumenti prinċipali
(1) |
Il-Qorti Ġenerali żbaljat meta ċaħdet bħala inammissibbli l-każ tal-appellanti bbażat fuq ir-responsabbiltà mhux kuntrattwali, billi wettqet distorsjoni kemm tan-natura tat-talbiet tiegħu kif ukoll tal-motivi tiegħu. Bħala riżultat ta’ tali distorsjoni, il-Qorti Ġenerali naqset milli tidentifika illegalità fil-kuntest tar-raġunijiet kapriċċużi u inveritjeri tal-Kummissjoni għan-nuqqas ta’ azzjoni min-naħa tagħha — liema nuqqas ta’ azzjoni kiser l-istandards uniformi tas-saħħa u s-sigurtà għall-protezzjoni tal-ħaddiema u tal-pubbliku f’każijiet ta’ aċċidenti radjoloġiċi kkawżati minn użu militari ta’ enerġija nukleari. |
(2) |
Nuqqas ta’ appikazzjoni tal-prinċipji legali komuni tal-Istati Membri. Il-Qorti Ġenerali naqset milli tevalwa l-illegalità tan-nuqqas ta’ kura, ta’ diliġenza u ta’ amministrazzjoni tajba tal-Kummissjoni b’riferiment għal prinċipji legali komuni għas-sistemi legali tal-Istati Membri għad-determinazzjoni tar-responsabbiltà amministrattiva għad-danni kkawżati lill-individwi, kif meħtieġ mill-Artikolu 188 tat-Trattat KEEA. |
(3) |
Applikazzjoni żbaljata tal-poteri ta’ eżenzjoni uniċi tal-Kummissjoni taħt il-liġi tal-kompetizzjoni għall-ammissibbiltà tal-ilment tal-istandards tas-saħħa. Il-Qorti Ġenerali żbaljat ulterjorment meta kkunsidrat l-eżenzjoni militari tal-Kummissjoni tal-aċċident radjoloġiku f’Thule mill-protezzjonijiet tas-saħħa tad-Direttiva, fid-dawl tad-diskrezzjoni wiesgħa u unika tal-Kummissjoni li tistabbilixxi l-politika tal-kompetizzjoni tal-Unjoni Ewropea permezz ta’ eżenzjonijiet diskrezzjonali ta’ ftehim kummerċjali illegali. Dan il-fatt injora deċiżjonijiet minn din il-qorti dwar l-ammissibbiltà f’oqsma oħra tal-Unjoni Ewropea fejn il-Kummissjoni ma għandhiex tali diskrezzjoni unika u fejn allegazzjonijiet tan-nuqqas ta’ azzjoni min-naħa tal-Kummissjoni ma wasslux għad-dikjarazzjoni ta’ talba bħala manifestament inammissibbli. Il-Qorti Ġenerali injorat il-fatt li l-Kummissjoni ma għandhiex diskrezzjoni unika u assoluta sabiex timplementa l-istandards uniformi tas-saħħa u s-sigurtà peress li t-Trattat KEEA jiddefinixxi b’mod limitat il-poter ta’ eżenzjoni tagħha u jipprovdi b’mod speċifiku mekkaniżmi għall-individwi sabiex jilmentaw fir-rigward tan-nuqqasijiet amministrattivi tagħha li taġixxi f’oqsma fejn ġew stabbiliti protezzjonijiet favur tagħhom. Dan jinkludi sitwazzjonijiet fejn ir-rifjut milli tittieħed azzjoni ġie indirizzat lil parti oħra. |
(4) |
Nuqqas li tikkunsidra jekk ir-rifjut tal-Kummissjoni milli taġixxi kisirx l-għan stabbilit mit-Trattat KEEA tal-protezzjoni tas-saħħa tal-ħaddiema u tal-pubbliku. Il-Qorti Ġenerali żbaljat ukoll meta naqset milli tistħarreġ jekk ir-rifjut tal-Kummissjoni milli taġixxi kisirx l-għanijiet tat-Trattat KEEA li jistabbilixxi u li jiżgura l-applikazzjoni ta’ standards uniformi tas-saħħa u s-sigurtà għall-protezzjoni tal-ħaddiema u tal-pubbliku mill-effetti fit-tul tar-radjazzjoni jonizzanti. Meta għamlet hekk, hija injorat l-obbligu perentorju tal-Kummissjoni taħt it-Trattat KEEA li tiżgura li d-dispożizzjonijiet tat-Trattat ikunu applikati korrettement, inkluż il-prinċipju ta’ prekawzjoni stabbilit fih. |
(1) Direttiva tal-Kunsill 96/29/Euratom tat-13 ta’ Mejju 1996 li tistabbilixxi standards bażiċi ta’ sigurtà għall-ħarsien tas-saħħa tal-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali kontra l-perikli li jiġu minn radjazzjoni jonizzanti
ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 291