EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008FB0047

Kawża F-47/08: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal- 25 ta’ Marzu 2010 — Buschak vs EUROFOUND ( “Servizz pubbliku — Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol — Deskrizzjoni tal-impjieg ta’ viċi direttur — Rikors għal annullament — Rikors għad-danni — Interess ġuridiku — Inammissibbiltà manifesta” )

ĠU C 134, 22.5.2010, p. 52–52 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/52


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-25 ta’ Marzu 2010 — Buschak vs EUROFOUND

(Kawża F-47/08) (1)

(“Servizz pubbliku - Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol - Deskrizzjoni tal-impjieg ta’ viċi direttur - Rikors għal annullament - Rikors għad-danni - Interess ġuridiku - Inammissibbiltà manifesta”)

2010/C 134/87

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Willy Buschak (Bonn, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment minn L. Levi u C. Ronzi, avukati, sussegwentement minn L. Levi, avukat)

Konvenuta: Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (rappreżentanti: C. Callanan, solicitor)

Suġġett

Servizz pubbliku — L-annullament tad-deċiżjoni li temenda d-deskrizzjoni tal-impjieg tar-rikorrent u l-kundanna tal-konvenuta sabiex tikkumpensah għad-dannu materjali u morali subit mir-rikorrent.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

(2)

W. Buschak huwa kkundannat għall-ispejjeż kollha.


(1)  ĠU C 171, 5.7.2008, p. 52.


Top