Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009FA0033

    Kawża F-33/09: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tad- 9 ta’ Marzu 2010 — Tzvetanova vs Il-Kummissjoni (Servizz Pubbliku — Membri tal-persunal termporanju — Remunerazzjoni — Allowance ta’ espatrijazzjoni — Kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 4 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal — Residenza abitwali qabel id-dħul fil-funzjonijiet — Residenza bħala student fil-post ta’ assenjazzjoni matul il-perijodu ta’ rifereriment — Stages barra mill-post ta’ assenjazzjoni matul il-perijodu ta’ riferiment — Teħid inkunsiderazzjoni tar-residenza attwali)

    ĠU C 134, 22.5.2010, p. 52–52 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.5.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 134/52


    Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tad-9 ta’ Marzu 2010 — Tzvetanova vs Il-Kummissjoni

    (Kawża F-33/09) (1)

    (Servizz Pubbliku - Membri tal-persunal termporanju - Remunerazzjoni - Allowance ta’ espatrijazzjoni - Kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 4 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal - Residenza abitwali qabel id-dħul fil-funzjonijiet - Residenza bħala student fil-post ta’ assenjazzjoni matul il-perijodu ta’ rifereriment - Stages barra mill-post ta’ assenjazzjoni matul il-perijodu ta’ riferiment - Teħid inkunsiderazzjoni tar-residenza attwali)

    2010/C 134/86

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Aglika Tzvetanova (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: irrappreżentata inizjalment minn D. Martin u J. Baquero Cruz, aġenti, sussegwentement minn J. Currall u J. Baquero Cruz, aġenti)

    Suġġett

    It-talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad lir-rikorrenti l-allowance ta’ espatrijazzjoni prevista fl-Artikolu 4(1)(a) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal.

    Dispożittiv

    (1)

    Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tal-10 ta’ Lulju 2008, li tiċħad lil A. Tzvetanova l-allowance ta’ espatrijazzjoni prevista fl-Artikolu 4 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal huwa annullat.

    (2)

    Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż kollha.


    (1)  ĠU C 129, 06.06.2009, p. 22.


    Top