This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62008TB0516
Case T-516/08: Order of the General Court of 24 March 2010 — Eriksen v Commission (Action for damages — Public health implications of the nuclear accident at Thule (Greenland) — Directive 96/29/Euratom — Commission’s failure to adopt measures against a Member State — Action manifestly lacking any foundation in law)
Kawża T-516/08: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal- 24 ta’ Marzu 2010 — Eriksen vs Il-Kummissjoni ( “Rikors għad-danni — Konsegwenzi fuq is-saħħa pubblika tal-aċċident nukleari ta’ Thule [il-Groenlandja] — Direttiva 96/29/KEEA — Nuqqas ta’ adozzjoni mill-Kummissjoni ta’ miżuri kontra Stat Membru — Rikors manifestament infondat fid-dritt” )
Kawża T-516/08: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal- 24 ta’ Marzu 2010 — Eriksen vs Il-Kummissjoni ( “Rikors għad-danni — Konsegwenzi fuq is-saħħa pubblika tal-aċċident nukleari ta’ Thule [il-Groenlandja] — Direttiva 96/29/KEEA — Nuqqas ta’ adozzjoni mill-Kummissjoni ta’ miżuri kontra Stat Membru — Rikors manifestament infondat fid-dritt” )
ĠU C 134, 22.5.2010, p. 34–34
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
22.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 134/34 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2010 — Eriksen vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-516/08) (1)
(“Rikors għad-danni - Konsegwenzi fuq is-saħħa pubblika tal-aċċident nukleari ta’ Thule [il-Groenlandja] - Direttiva 96/29/KEEA - Nuqqas ta’ adozzjoni mill-Kummissjoni ta’ miżuri kontra Stat Membru - Rikors manifestament infondat fid-dritt”)
2010/C 134/58
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Heinz Helmuth Eriksen (Ebeltoft, id-Danimarka) (rappreżentant: I. Anderson, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropeja (rappreżentanti: E. White u M. Patakia, aġenti)
Suġġett
Rikors għad-danni intiż sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu sostnut minħabba li l-Kummissjoni allegatament naqset milli tieħu l-miżuri neċessarji sabiex tobbliga lir-Renju tad-Danimarka jadotta l-liġijiet u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jippermettulu jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill 96/29/KEEA, tat-13 ta’ Mejju 1996, li tistabbilixxi standards bażiċi ta’ sigurtà għall-ħarsien tas-saħħa tal-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali kontra l-perikli li jiġu minn radjazzjoni jonizzanti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 291) u japplika dawn id-dispożizzjonijiet għall-ħaddiema involuti fl-inċident nukleari ta’ Thule (il-Groenlandja).
Dispożittiv
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
(2) |
Heinz Helmuth Eriksen huwa kkundannat għall-ispejjeż. |