Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CN0114

    Kawża C-114/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank van eerste aanleg te Brussel (il-Belġju) fit- 3 ta’ Marzu 2010 — Belpolis Benelux SA vs Belgische Staat

    ĠU C 134, 22.5.2010, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.5.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 134/22


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank van eerste aanleg te Brussel (il-Belġju) fit-3 ta’ Marzu 2010 — Belpolis Benelux SA vs Belgische Staat

    (Kawża C-114/10)

    2010/C 134/33

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    Rechtbank van eerste aanleg te Brussel

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Belpolis Benelux SA

    Konvenut: Belgische Staat

    Domandi preliminari

    (1)

    Id-dritt Komunitarju, b’mod partikolari l-prinċipju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi stabbilit fl-Artikolu 56 TFUE, jipprekludi regoli bħal dawk li jinsabu fl-Artikoli 1 u 1a tad-Digriet Irjali Belġjan Nru 20 tal-20 ta’ Lulju 1970, li jistabbilixxu li r-rata mnaqqsa tal-VAT (6 %) għal xogħlijiet ta’ kostruzzjoni tista’ tiġi applikata biss meta l-fornitur tas-servizz ikun irreġistrat fil-Belġju bħala kuntrattur skont l-Artikoli 400 u 401 tal-Wetboek van Inkomstenbelastingen (Kodiċi tat-Taxxa fuq id-Dħul Belġjan) 1992?

    (2)

    Id-dispożizzjonijiet li jinsabu fl-Artikoli 1 u 1a tad-Digriet Irjali Nru 20 tal-20 ta’ Lulju 1970 jiksru l-pinċipju ta’ newtralità fiskali u/jew il-prinċipju ġenerali tad-dritt Komunitarju ta’ trattament ugwali peress li jippermettu li r-rata mnaqqsa tal-VAT (6 %) għal xogħlijiet ta’ kostruzzjoni tapplika biss jekk il-fornitur tas-servizz ikun irreġistrat fil-Belġju bħala kuntrattur skont l-Artikoli 400 u 401 tal-Kodiċi tat-Taxxa fuq id-Dħul 1992?


    Top