This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010CN0104
Case C-104/10: Reference for a preliminary ruling from High Court of Ireland made on 24 February 2010 — Patrick Kelly v National University of Ireland
Kawża C-104/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Ireland fl- 24 ta’ Frar 2010 — Patrick Kelly vs National University of Ireland
Kawża C-104/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Ireland fl- 24 ta’ Frar 2010 — Patrick Kelly vs National University of Ireland
ĠU C 134, 22.5.2010, p. 19–19
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
22.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 134/19 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Ireland fl-24 ta’ Frar 2010 — Patrick Kelly vs National University of Ireland
(Kawża C-104/10)
2010/C 134/29
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
High Court of Ireland
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Patrick Kelly
Konvenuta: National University of Ireland
Domandi preliminari
(1) |
L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 97/80/KE (1) jagħti d-dritt lil kandidat jew kandidata għal taħriġ professjonali, li jemmen jew li temmen li huwa jew hija ġew imċaħħda l-aċċess għal taħriġ professjonali peress li l-prinċipju ta’ trattament ugwali ma ġiex applikat għalih jew għaliha, għal informazzjoni dwar il-kwalifiki rispettivi tal-kandidati l-oħra li ma ġewx imċaħħda l-aċċess għal taħriġ professjonali sabiex il-kandidat ikun jista’ jistabilixxi, “quddiem qorti jew awtorità kompetenti, fatti li minnhom jista’ jiġi presunt li kien hemm diskriminazzjoni diretta jew indiretta”? |
(2) |
L-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 76/207/KEE (2) jagħti d-dritt lil kandidat jew kandidata għal taħriġ professjonali li jemmen jew li temmen li huwa jew hija ġew imċaħħda l-aċċess għal taħriġ professjonali “fuq il-bażi ta’ l-istess kriterji” u li saret diskriminazzjoni kontrih “minħabba s-sess” f’termini ta’ aċċess għal taħriġ professjonali għal informazzjoni li kellu l-offerent tal-kors dwar kwalifiki rispettivi tal-kandidati l-oħra għall-kors inkwistjoni u b’mod partikolari l-kandidati li ma ġewx imċaħħda l-aċċess għat-taħriġ professjonali? |
(3) |
L-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/73/KE (3) jipprojbixxi “diskriminazzjoni diretta jew indiretta fuq il-bażi ta’ sess” fir-rigward ta’ “aċċess” għal taħriġ professjonali jagħti dritt lil kandidat għal taħriġ professjonali li jsostni li saret diskriminazzjoni kontrih “fuq il-bażi ta’ sess” f’termini ta’ aċċess għal taħriġ professjonali għal informazzjoni li kellu l-offerent tal-kors dwar kwalifiki rispettivi tal-kandidati l-oħra għall-kors inkwistjoni u b’mod partikolari l-kandidati li ma ġewx imċaħħda l-aċċess għat-taħriġ professjonali? |
(4) |
In-natura tal-obbligu taħt l-Artikolu 267(3) TFUE huwa differenti fi Stat Membru b’sistema legali kontradittorja (u mhux inkwiżittiva) u, jekk iva, kif? |
(5) |
Id-dritt għal taħriġ professjonali taħt id-direttivi msemmija iktar ’il fuq jista’ jiġi affettwat minn liġijiet nazzjonali jew Ewropej dwar il-kunfidenzjalità? |
(1) Direttiva tal-Kunsill 97/80/KE, tal-15 ta’ Diċembru 1997, dwar il-piż tal-prova f’każijiet ta’ diskriminazzjoni bbażati fuq is-sess (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 264).
(2) Direttiva tal-Kunsill 76/207/KEE, tad-9 ta’ Frar 1976, dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali għall-irġiel u n-nisa għal dak li għandu x’jaqsam ma’ l-aċċess għall-impjiegi, taħriġ professjonali, promozzjoni, u kondizzjonijiet tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 187).
(3) Direttiva 2002/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Settembru 2002, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/207/KEE l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fir-rigward ta’ aċċess għall-impjieg, taħriġ professjonali u promozzjoni, u kondizzjonijiet tax-xogħol (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 255).