This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62009CB0023
Case C-23/09 P: Order of the Court (Fifth Chamber) of 22 January 2010 — ecoblue AG v Office for Harmonisation in the Internal Market (Trade Marks and Designs), Banco Bilbao Vizcaya Argentaria SA (Appeal — Community trade mark — Regulation (EC) No 40/94 — Article 8(1)(b) — Earlier mark BLUE — Word sign ‘Ecoblue’ — Likelihood of confusion — Similarity of the signs)
Kawża C-23/09 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat- 22 ta’ Jannar 2010 — ecoblue AG vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trademarks u Disinni), Banco Bilbao Vizcaya Argentaria SA ( “Appell — Trade mark Komunitarja — Regolament (KE) Nru 40/94 — Artikolu 8(1)(b) — Trade mark preċedenti BLUE — Sinjal verbali “Ecoblue” — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh tas-sinjali” )
Kawża C-23/09 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat- 22 ta’ Jannar 2010 — ecoblue AG vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trademarks u Disinni), Banco Bilbao Vizcaya Argentaria SA ( “Appell — Trade mark Komunitarja — Regolament (KE) Nru 40/94 — Artikolu 8(1)(b) — Trade mark preċedenti BLUE — Sinjal verbali “Ecoblue” — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh tas-sinjali” )
ĠU C 134, 22.5.2010, p. 11–12
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
22.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 134/11 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-22 ta’ Jannar 2010 — ecoblue AG vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trademarks u Disinni), Banco Bilbao Vizcaya Argentaria SA
(Kawża C-23/09 P) (1)
(“Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 8(1)(b) - Trade mark preċedenti BLUE - Sinjal verbali “Ecoblue” - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali”)
2010/C 134/17
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: ecoblue AG (rappreżentant: C. Osterrieth, Rechtsanwalt)
Appellati: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trademarks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent), Banco Bilbao Vizcaya Argentaria SA
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (L-Ewwel Awla), tat-12 ta’ Novembru 2008, ecoblue AG vs UASI (T-281/07) — li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet rikors ippreżentat mill-applikant għat-trade mark verbali “Ecoblue”, għal servizzi fil-klassijiet 35, 36 u 38, kontra d-deċiżjoni R 844/2006-1 tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tal-25 ta’ April 2007, li tiċħad l-appell mid-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni li tiċħad ir-reġistrazzjoni tal-imsemmija trade mark fil-kuntest tal-oppożizzjoni magħmula mill-proprjetarju tat-trade mark verbali Komunitarja “BLUE”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 36 u 38, kif ukoll trade marks verbali Komunitarji oħra li fihom il-kelma “BLUE”
Dispożittiv
(1) |
L-appell huwa miċħud. |
(2) |
ecoblue AG hija kkundannata għall-ispejjeż. |