This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62008CA0236
Joined Cases C-236/08 to C-238/08: Judgment of the Court (Grand Chamber) of 23 March 2010 (reference for a preliminary ruling from the Cour de cassation — France) — Google France, Google, Inc. v Louis Vuitton Malletier (C-236/08), Viaticum SA, Luteciel SARL (C-237/08), Centre national de recherche en relations humaines (CNRRH) SARL, Pierre-Alexis Thonet, Bruno Raboin, Tiger SARL (C-238/08) (Trade marks — Internet — Search engine — Keyword advertising — Display, on the basis of keywords corresponding to trade marks, of links to sites of competitors of the proprietors of those marks or to sites offering imitation goods — Directive 89/104/EEC — Article 5 — Regulation (EC) No 40/94 — Article 9 — Liability of the search engine operator — Directive 2000/31/EC ( ‘Directive on electronic commerce’ ))
Kawża C-236/08 sa C-238/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja Awla) tat- 23 ta’ Marżu 2010 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation — Franza) — Google France Google, Inc. vs Louis Vuitton Malletier (C-236/08), Viaticum SA, Luteciel SARL (C-237/08), Centre national de recherche en relations humaines (CNRRH) SARL, Pierre-Alexis Thonet, Bruno Raboin, Tiger SARL (C-238/08) (Trade marks — Internet — Mutur ta’ riċerka — Reklamar fuq il-bażi ta’ kliem prinċipali ( “keyword advertising” ) — Wiri, fuq il-bażi ta’ kliem prinċipali li jikkorrispondu għal trade marks, ta’ links għal siti ta’ kompetituri tal-proprjetarji tal-imsemmija trade marks jew għal siti li fuqhom huma proposti prodotti ta’ imitazzjoni — Direttiva 89/104/KEE — Artikolu 5 — Regolament (KE) Nru 40/94 — Artikolu 9 — Responsabbiltà tal-operatur tal-mutur ta’ riċerka — Direttiva 2000/31/KE ( “Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku” )
Kawża C-236/08 sa C-238/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja Awla) tat- 23 ta’ Marżu 2010 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation — Franza) — Google France Google, Inc. vs Louis Vuitton Malletier (C-236/08), Viaticum SA, Luteciel SARL (C-237/08), Centre national de recherche en relations humaines (CNRRH) SARL, Pierre-Alexis Thonet, Bruno Raboin, Tiger SARL (C-238/08) (Trade marks — Internet — Mutur ta’ riċerka — Reklamar fuq il-bażi ta’ kliem prinċipali ( “keyword advertising” ) — Wiri, fuq il-bażi ta’ kliem prinċipali li jikkorrispondu għal trade marks, ta’ links għal siti ta’ kompetituri tal-proprjetarji tal-imsemmija trade marks jew għal siti li fuqhom huma proposti prodotti ta’ imitazzjoni — Direttiva 89/104/KEE — Artikolu 5 — Regolament (KE) Nru 40/94 — Artikolu 9 — Responsabbiltà tal-operatur tal-mutur ta’ riċerka — Direttiva 2000/31/KE ( “Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku” )
ĠU C 134, 22.5.2010, p. 2–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
22.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 134/2 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja Awla) tat-23 ta’ Marżu 2010 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation — Franza) — Google France Google, Inc. vs Louis Vuitton Malletier (C-236/08), Viaticum SA, Luteciel SARL (C-237/08), Centre national de recherche en relations humaines (CNRRH) SARL, Pierre-Alexis Thonet, Bruno Raboin, Tiger SARL (C-238/08)
(Kawża C-236/08 sa C-238/08) (1)
(Trade marks - Internet - Mutur ta’ riċerka - Reklamar fuq il-bażi ta’ kliem prinċipali (“keyword advertising”) - Wiri, fuq il-bażi ta’ kliem prinċipali li jikkorrispondu għal trade marks, ta’ links għal siti ta’ kompetituri tal-proprjetarji tal-imsemmija trade marks jew għal siti li fuqhom huma proposti prodotti ta’ imitazzjoni - Direttiva 89/104/KEE - Artikolu 5 - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 9 - Responsabbiltà tal-operatur tal-mutur ta’ riċerka - Direttiva 2000/31/KE (“Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku”)
2010/C 134/02
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour de cassation
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Google France, Google, Inc.
Konvenuti: Louis Vuitton Malletier (C-236/08), Viaticum SA, Luteciel SARL (C-237/08), Centre national de recherche en relations humaines (CNRRH) SARL, Pierre-Alexis Thonet, Bruno Raboin, Tiger SARL (C-238/08)
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Cour de cassation — Interpretazzjoni tal-Artikolu 5(1)(a) u (b) u (2) tal-ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KE, tal-21 ta’ Diċembru 1998, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 92 — 98), tal-Artikolu 9(1)(a) sa (ċ) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 146 — 180) u tal-Artikolu 14 tad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-8 ta’ Ġunju 2000, dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 25, p. 399) — Kunċett ta’ “użu” tat-trade mark u drittijiet tal-proprjetarju ta’ din tal-aħħar — Fornitur ta’ servizzi ta’ referenzar bi ħlas fuq l-Internet li ma jagħmel ebda reklamar għal prodotti jew servizzi tiegħu, iżda jqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ min jirreklama kliem ewlieni li jipproduċi jew jimita trade marks irreġistrati u jorganizza, permezz tal-kuntratt ta’ referenzar, il-ħolqien u l-wiri privileġġat, fuq il-bażi ta’ dan il-kliem ewlieni, ta’ links pubbliċitarji għal siti li fuqhom huma proposti prodotti foloz — Kundizzjonijiet għall-eżenzjoni mir-responsabbiltà tal-fornitur ta’ servizzi li jżomm informazzjoni pprovduta minn dawk li jirċievu dawn is-servizzi
Dispożittiv
(1) |
L-Artikolu 5(1)(a) tal-ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1988, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks u l-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarju, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-proprjetarju ta’ trade mark huwa intitolat li jipprojbixxi lil min jirreklama milli juri, fuq il-bażi ta’ kelma prinċipali identika għall-imsemmija trade mark li dan min jirreklama, mingħajr il-kunsens tal-imsemmi proprjetarju, għażel fil-kuntest ta’ servizz ta’ referenzar fuq l-Internet, reklam għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu ma’ dawk li għalihom l-imsemmija trade mark hija rreġistrata, meta l-imsemmi reklam ma jippermettix lill-utent tal-Internet medju, jew jippermettilu biss b’mod diffiċli, li jkun jaf jekk il-prodotti jew is-servizzi msemmija fir-reklam humiex ġejjin mill-proprjetarju tat-trade mark jew minn impriża konnessa miegħu jew, kuntrarjament, minn terz; |
(2) |
Il-fornitur ta’ servizz ta’ referenzar fuq l-Internet li jżomm sinjal identiku għal trade mark bħala kelma prinċipali u jorganizza l-wiri ta’ reklami fuq il-bażi tagħhom, ma jużax dan is-sinjal fis-sens tal-Artikolu 5(1) u (2) tad-Direttiva 89/104 jew tal-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 40/94. |
(3) |
L-Artikolu 14 tad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-8 ta’ Ġunju 2000, dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku), għandu jiġi interpretat fis-sens li r-regola stabbilita fih tapplika għal fornitur ta’ servizz ta’ referenzar fuq l-Internet meta dan il-fornitur ma kellux rwol attiv ta’ natura li jagħtih tagħrif jew kontroll tad-data miżmuma. Fil-każ li ma kellux tali rwol, l-imsemmi fornitur ma jistax jitqies responsabbli għad-data li huwa żamm fuq it-talba ta’ min jirreklama sakemm, wara li sar jaf bin-natura illegali ta’ din id-data jew tal-attivitajiet ta’ dan min jirreklama, huma ma aġġixxix mingħajr dewmien biex ineħħi jew iwaqqaf l-aċċess għall-imsemmi data |