Изберете експерименталните функции, които искате да изпробвате

Този документ е извадка от уебсайта EUR-Lex.

Документ C2010/047/10

    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5554 – HAVI/KeyLux/STI Freight JV) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU C 47, 25.2.2010г., стр. 27—27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    25.2.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 47/27


    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

    (Każ COMP/M.5554 – HAVI/KeyLux/STI Freight JV)

    Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    2010/C 47/10

    1.

    Fis-17 ta’ Frar 2010, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi HAVI Global Logistics GmbH (“HAVI”, il-Ġermanja), proprjetà tal-HAVI Group LP (l-Istati Uniti), u McKey Luxembourg S.à.r.l (“KeyLux”, il-Lussemburgu), proprjetà ta' Keystone Group (l-Istati Uniti), jakkwistaw fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt tal-impriża STI Freight Management GmbH (“STI Freight”, il-Ġermanja), permezz tax-xiri ta' ishma f'kumpanija stabbilita ġdida li tikkostitwixxi kumpanija bi sħab.

    2.

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    għal HAVI: loġistika u distribuzzjoni tal-ikel u affarijiet oħra barra l-ikel, tal-ipproċessar tal-ikel kif ukoll servizzi amministrattivi u kumerċjalizzazzjoni promozzjonali,

    għal KeyLux: it-twassil ta' merkanzija, loġistika u distribuzzjoni fis-settur tal-ikel,

    għal STI Freight: it-teħid tal-attivitajiet ta' kumpaniji tal-“STI Global Network” fis-settur tat-twassil ta' merkanzija tal-ikel/affarijiet mhux tal-ikel.

    3.

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5554 – HAVI/KeyLux/STI Freight JV, fl-indirizz li ġej:

    Il-Kummissjoni Ewropea

    Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

    Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

    J-70

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

    (2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


    Нагоре