Valitse kokeelliset ominaisuudet, joita haluat kokeilla

Tämä asiakirja on ote EUR-Lex-verkkosivustolta

Asiakirja 52008AP0217

Il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu rrispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni tat-trasportatur bit-triq ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal- 21 ta' Mejju 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu rrispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni tat-trasportatur bit-triq (COM(2007)0263 — C6-0145/2007 — 2007/0098(COD))
P6_TC1-COD(2007)0098 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil- 21 ta' Mejju 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru …/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu rrispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni tat-trasportatur bit-triq u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE

ĠU C 279E, 19.11.2009, s. 169—194 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 279/169


Il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu rrispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni tat-trasportatur bit-triq ***I

P6_TA(2008)0217

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Mejju 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu rrispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni tat-trasportatur bit-triq (COM(2007)0263 — C6-0145/2007 — 2007/0098(COD))

(2009/C 279 E/37)

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0263),

wara li kkunsidra l-Artikoli 251(2) u 71 tat-Trattat KE, skond liema l-Kummissjoni ippreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0145/2007),

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0087/2008),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


P6_TC1-COD(2007)0098

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-21 ta' Mejju 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru …/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu rrispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni tat-trasportatur bit-triq u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 71 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Wara li kkonsultaw mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data,

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat (3),

Billi:

(1)

L-implimentazzjoni sħiħa ta' suq intern tat-trasport bit-triq b'kundizzjonijiet ekwi ta' kompetizzjoni titlob l-applikazzjoni uniformi ta' regoli komuni għall-awtorizzazzjoni għad-dħul għall-professjoni tat-trasportatur tal-merkanzija jew tal-passiġġieri bit-triq, minn hawn 'il quddiem “il-professjoni tat-trasportatur bit-triq”. Dawn ir-regoli komuni jistgħu jikkontribwixxu lejn livell għoli ta' kwalifika professjonali tat-trasportaturi, lejn ir-razzjonalizzazzjoni tas-suq, lejn it-titjib tal-kwalità tas-servizz fl-interess tat-trasportaturi, tal-klijenti tagħhom u tal-ekonomija kollha kemm hi, kif ukoll lejn aktar sikurezza fit-toroq. Dawn ir-regoli għandhom iħaffu wkoll l-eżerċizzju effettiv tad-dritt ta' stabbiliment għat-trasportaturi.

(2)

Id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE tad-29 ta' April 1996 dwar dħul għall-impjieg ta' operatur ta' trasport ta' merkanzija bit-triq u operatur ta' trasport ta' passiġġieri bit-triq u r-rikonoxximent reċiproku ta' diplomi, ċertifikati u evidenza oħra ta' kwalifiki formali intenzjonati li jiffaċilitaw għal dawn l-operaturi d-dritt tal-libertà li jistabbilixxu ħidmiet ta' trasport nazzjonali jew internazzjonali (4), stabbiliet il-kundizzjonijiet minimi għad-dħul għall-professjoni tat-trasportatur bit-triq, kif ukoll ir-rikonoxximent reċiproku tad-dokumenti meħtieġa għal dan il-għan. Madankollu, l-esperjenza, il-valutazzjoni tal-impatt u diversi studji juru li din id-Direttiva hija applikata fl-Istati Membri b'mod diverġenti ħafna. Din id-diverġenza għandha bosta konsegwenzi negattivi, partikolarment ta' tagħwiġ tal-kompetizzjoni, ċertu nuqqas ta' trasparenza tas-suq, livelli eteroġenji ta' kontroll u r-riskju li l-impriżi b'livell baxx ta' kwalifika professjonali jkunu negliġenti jew jirrispettaw inqas ir-regoli ta' sikurezza fit-toroq u r-regoli soċjali, sitwazzjoni li tista' tkun ta' ħsara għad-dehra tas-settur.

(3)

Dawn il-konsegwenzi jsiru saħansitra aktar negattivi għax jistgħu jxekklu l-funzjonament tajjeb tas-suq intern tat-trasport bit-triq. Fil-fatt, l-aċċess għas-suq tat-trasport internazzjonali tal-merkanzija u ta' ċerti operazzjonijiet ta' kabotaġġ huwa miftuħ għall-impriżi kollha tal-Komunità. L-unika kundizzjoni imposta fuq dawn l-impriżi hija li jkollhom liċenzja Komunitarja, li tista' tinkiseb ladarba jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' dħul għall-impjieg, skond ir-Regolament (KE) Nru …/2008 tal-Parlament u tal-Kunsill tal-… [dwar ir-regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport ta' merkanzija bit-triq]  (5) u r-Regolament (KE) Nru …/2008 tal-Parlament u tal-Kunsill tal-… [dwar ir-regoli komuni għall-aċċess għas-suq tas-servizzi bil-kowċ u bix-xarabank]  (6).

(4)

Għaldaqstant, jeħtieġ li r-regoli eżistenti għad-dħul għall-professjoni tat-trasportatur bit-triq jiġu modernizzati, sabiex tkun żgurata applikazzjoni aktar omoġenja u effiċjenti. Peress li l-konformità ma' dawn ir-regoli tikkostitwixxi l-kundizzjoni ewlenija biex wieħed jidħol fis-suq Komunitarju, u peress li fil-qasam tal-aċċess għas-suq, l-istrumenti Komunitarji applikabbli huma Regolamenti, jidher li regolament huwa l-aktar strument xieraq biex jirregola d-dħul għall-professjoni.

(5)

Fl-interess tal-kompetizzjoni ġusta, ir-regoli komuni għall-eżerċizzju tal-professjoni għandhom ikunu applikati b'mod kemm jista' jkun wiesa' għall-impriżi kollha. Madankollu, mhuwiex neċessarju li jkunu inklużi f'dan ir-Regolament l-impriżi li jiżvolġu operazzjonijiet ta' trasport b'impatt żgħir ħafna fuq is-suq tat-trasport.

(6)

L-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-impriża għandha tkun responsabbli li tivverifika li l-impriża tirrispetta dejjem il-kundizzjonijiet stipulati f'dan ir-Regolament, sabiex jekk meħtieġ, l-Istat Membru kkonċernat ikun jista' jiddeċiedi li jissospendi jew jirtira l-awtorizzazzjonijiet li jippermettu li l-impriża topera fis-suq. Il-konformità effettiva mal-kundizzjonijiet għad-dħul għall-professjoni u l-kontroll affidabbli tagħhom jitolbu li l-impriżi jkollhom stabbiliment reali u sod.

(7)

Jeħtieġ li l-persuni fiżiċi li jgawdu mill-kondotta tajba u mill-kompetenza professjonali meħtieġa jkunu identifikati biċ-ċar u kkomunikati lill-awtoritajiet kompetenti. Dawn il-persuni, imsemmija “maniġers tat-trasport”, għandhom ikunu residenti fi Stat Membru u jmexxu effettivament u b'mod permanenti l-attivitajiet ta' trasport tat-trasportaturi bit-triq. Jaqbel li jkunu speċifikati l-kundizzjonijiet li skondhom persuna titqies li tmexxi, b'mod kontinwu u effettiv, operazzjoni ta' trasport f'impriża.

(8)

Il-kondotta tajba ta' maniġer tat-trasport tiddependi minn jekk dan ikunx qala' kundanni penali serji jew sanzjonijiet serji, partikolarment fejn jidħol il-ksur tar-regoli Komunitarji dwar it-trasport bit-triq. Fl-oqsma koperti mir-regoli Komunitarji, jeħtieġ li jiġu definiti b'mod konġunt it-tipi ta' ksur u l-livelli korrispondenti ta' serjetà li jistgħu jixħtu dubju fuq il-kondotta tajba ta' impriża.

(9)

Il-Kummissjoni għandha tfittex li tiżgura li ksur serju jkun ikkastigat bl-istess severità fl-Istati Membri differenti, u li jittieħdu miżuri adegwati għal dak il-għan.

(10)

Impriża tat-trasport bit-triq għandu jkollha livell minimu ta' kapaċità finanzjarja biex jiżgura l-istabbiliment u t-tmexxija tajba tal-impriża.

Image

Jaqbel li jintużaw indikaturi finanzjarji

Image

, definiti sew rilevanti, li jistgħu jkunu stabbiliti abbażi ta' kontijiet annwali. Jekk jixtiequ, l-impriżi għandu jkollhom il-possibbiltà li juru l-kapaċità finanzjarja tagħhom permezz ta' garanzija bankarja jew permezz ta' strument finanzjarju ieħor bħalma hi assikurazzjoni, li jista' jkun metodu orħos u aktar sempliċi għal dawn l-impriżi.

(11)

Livell għoli ta' kwalifika professjonali għandu jsaħħaħ l-effiċjenza soċjoekonomika tas-settur tat-trasport bit-triq. Għaldaqstant, jeħtieġ li l-applikanti għall-pożizzjoni ta' maniġer tat-trasport isegwu taħriġ ta' kwalità. Biex ikunu żgurati kundizzjonijiet aktar omoġenji ta' taħriġ u ta' eżaminar, kif ukoll it-trasparenza fir-rigward tal-applikanti, jaqbel li jkun previst li l-Istati Membri jakkreditaw iċ-ċentri ta' taħriġ u ta' eżaminar skond kriterji li għandhom jiddefinixxu huma.

Image

Wara l-implimentazzjoni sħiħa tas-suq intern, is-swieq nazzjonali m'għadhomx separati. B'konsegwenza ta' dan, il-persuni li jmexxu attivitajiet ta' trasport għandu jkollhom l-għarfien meħtieġ biex imexxu operazzjonijiet ta' trasport kemm fuq il-livell nazzjonali kif ukoll fuq dak internazzjonali. Il-lista tas-suġġetti li għandhom ikunu jafu biex ikunu jistgħu jiksbu ċ-ċertifikat ta' kompetenza professjonali, kif ukoll ir-regoli dettaljati għall-organizzazzjoni tal-eżamijiet, jistgħu jevolvu skond il-progress teknoloġiku, u għalhekk jaqbel illi jkunu aġġornati.

(12)

Għall-kompetizzjoni ġusta, u għat-trasport bit-triq li jirrispetta bis-sħiħ ir-regoli, jeħtieġ livell omoġenju ta' monitoraġġ u sorveljanza fost l-Istati Membri. F'dan ir-rigward, l-awtoritajiet nazzjonali li huma responsabbli għas-sorveljanza tal-impriżi u tal-validità tal-awtorizzazzjoni tagħhom għandhom rwol fundamentali x'jiżvolġu. Jeħtieġ li jkun żgurat li dawn l-awtoritajiet jieħdu l-miżuri xierqa meta meħtieġ, partikolarment fil-każijiet l-aktar serji, biex jissospendu jew jirtiraw awtorizzazzjonijiet, jew biex jiddikjaraw inkompetenti lill-maniġers tat-trasport negliġenti jew qarrieqa. Dan għandu jsir wara konsiderazzjoni xierqa tal-miżura fir-rigward tal-prinċipju tal-proporzjonalità. Madankollu, impriża għandha tkun imwissija bil-quddiem, u għandha tingħatalha skadenza raġunevoli biex isiru konformi mar-regoli qabel ma jirċievu tali sanzjonijiet.

(13)

Kooperazzjoni amministrattiva aktar organizzata fost l-Istati Membri għandha ssaħħaħ l-effiċjenza tal-monitoraġġ tal-impriżi li joperaw f'diversi Stati Membri, kif ukoll tnaqqas l-ispejjeż amministrattivi. Reġistri elettroniċi tal-impriżi interkonnessi madwar il-Komunità, f'konformità mar-regoli Komunitarji dwar il-protezzjoni tad-data personali, għandhom jiffaċilitaw tali kooperazzjoni u jnaqqsu l-ispejjeż marbutin mal-kontrolli, kemm għall-impriżi kif ukoll għall-amministrazzjonijiet. Fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri, reġistri elettroniċi nazzjonali diġà jeżistu. Jeżistu wkoll infrastrutturi ta' interkonnessjoni fost l-Istati Membri. Għaldaqstant, l-użu aktar sistematiku ta' dawn ir-reġistri nazzjonali tal-impriżi, kif ukoll tal-interkonnessjoni tagħhom fuq il-livell Ewropew, jista' jwassal għal spejjeż aktar baxxi, kif ukoll għal tnaqqis sinifikanti tal-ispejjeż amministrattivi tal-kontrolli, filwaqt li tittejjeb l-effiċjenza tagħhom.

(14)

Parti mid-data li hemm f'dawn ir-reġistri dwar il-ksur u s-sanzjonijiet hija personali. Għaldaqstant, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jirrispettaw id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dik id-data  (7), partikolarment f'dak li għandu x'jaqsam mal-kontroll tat-trattament ta' dik id-data mill-awtoritajiet pubbliċi u mad-drittijiet tal-persuni kkonċernati għall-aċċess għall-informazzjoni u għall-oppożizzjoni. Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament, jidher neċessarju li dan it-tip ta' data tinżamm għal talanqas xahrejn, biex jiġi evitat li l-impriżi skwalifikati jistabbilixxu ruħhom fi Stati Membri oħra.

(15)

L-interkonnessjoni tar-reġistri nazzjonali hija tal-akbar importanza biex tippermetti skambju ta' informazzjoni rapidu u effikaċi fost l-Istati Membri, u biex tiggarantixxi li t-trasportaturi ma jaqgħux fit-tentazzjoni jew ma jirriskjawx li jwettqu ksur serju fi Stati Membri barra mill-pajjiż ta' stabbiliment tagħhom. Din l-interkonnessjoni titlob li jiġu ddefiniti b'mod konġunt il-format preċiż tad-data kif ukoll il-proċeduri tekniċi għall-iskambju.

(16)

Biex l-iskambju tal-informazzjoni fost l-Istati Membri jkun effiċjenti, għandhom ikunu nnominati punti ta' kuntatt nazzjonali, u għandhom ikunu speċifikati ċerti proċeduri komuni rigward l-iskadenzi u n-natura tal-informazzjoni minima li tiġi ttrasferita.

(17)

Biex tkun iffaċilitata l-libertà ta' stabbiliment, jaqbel li tkun aċċettata, bħala prova suffiċjenti tal-kondotta tajba biex ikunu awtorizzati l-attivitajiet imsemmija fi Stat Membru differenti għal dak fejn impriża tkun stabbilita, il-produzzjoni ta' dokumenti xierqa maħruġin minn awtorità kompetenti tal-pajjiż tal-oriġini, filwaqt li jiġi żgurat li l-persuni kkonċernati ma ġewx iddikjarati inkompetenti biex jeżerċitaw il-professjoni tagħhom fl-Istati Membri l-oħra li jiġu minnhom.

(18)

Rigward il-kompetenza professjonali, sabiex tkun iffaċilitata l-libertà ta' stabbiliment, mudell uniku ta' ċertifikat maħruġ skond id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament għandu jkun rikonoxxut bħala prova suffiċjenti mill-Istat Membri fejn tkun stabbilita l-impriża.

(19)

Jeħtieġ monitoraġġ aktar mill-qrib tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament fuq il-livell Komunitarju. Dan jimplika t-trasmissjoni mill-Kummissjoni ta' rapporti regolari dwar il-kondotta tajba, il-kapaċità finanzjarja u l-kompetenza professjonali tal-impriżi fis-settur tat-trasport bit-triq, imfassla abbażi tar-reġistri nazzjonali.

(20)

Jeħtieġ li l-Istati Membri jipprevedu pieni applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijet ta' dan ir-Regolament. Dawn il-pieni għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u diswassivi.

(21)

Peress li l-għan ta' dan ir-Regolament, jiġifieri l-modernizzazzjoni tar-regoli dwar id-dħul għall-professjoni tat-trasportatur bit-triq biex tiżgura applikazzjoni aktar omoġenja u komparabbli fl-Istati Membri, ma jistax jintlaħaq biżżejjed mill-Istati Membri u għaldaqstant jista' jintlaħaq aħjar fuq il-livell Komunitarju, il-Komunità tista' tadotta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx 'lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan.

(22)

Jaqbel li l-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament ikunu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (8).

(23)

B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tkun awtorizzata biex tistabbilixxi lista tal-kategoriji, tipi u livelli tas-serjetà tal-ksur serju li f'ċerti ċirkostanzi jista' jwassal għas-sitwazzjoni fejn trasportatur bit-triq jista' jitlef il-kondotta tajba meħtieġa; biex tadatta, skond il-progress teknoloġiku, l-Anness ta' dan ir-Regolament dwar l-għarfien li trasportatur għandu jkollu biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jirrikonoxxu l-kompetenza professjonali tiegħu; biex tadatta wkoll l-Anness dwar il-mudell ta' ċertifikat ta' kompetenza professjonali; u biex tistabbilixxi lista tal-ksur li jista' jwassal f'ċerti każijiet, u skond in-natura tal-ksur, biex tiġi kkunsidrata s-sospensjoni jew l-irtirar ta' l-awtorizzazzjoni biex wieħed jeżerċita l-professjoni, jew li tinħareġ dikjarazzjoni ta' inkompetenza. Peress li dawn il-miżuri huma ta' karattru ġenerali u għandhom l-għan li jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, jew li jikkompletawh b'elementi ġodda mhux essenzjali, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5(a) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. Għar-raġunijiet ta' effiċjenza, l-iskadenzi applikabbli normalment fil-qafas tal-proċedura regolatorja bi skrutinju għandhom jitqassru għall-aġġornament tal-mudell ta' ċertifikat ta' kompetenza professjonali.

(24)

Għaldaqstant, id-Direttiva 96/26/KE għandha titħassar.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Kapitolu I

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 1

L-għan u l-kamp ta' applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament jirregola d-dħul għall-impjieg tat-trasportatur bit-triq u l-iżvolġiment tiegħu.

2 .   Dan ir-Regolament għandu japplika għall-impriżi kollha stabbiliti fil-Komunità li jeżerċitaw il-professjoni tat-trasportatur bit-triq. Japplika wkoll għall-impriżi li għandhom il-ħsieb jeżerċitaw il-professjoni tat-trasportatur bit-triq u referenzi għal impriżi li jeżerċitaw il-professjoni ta' trasportatur bit-triq għandhom jitqiesu, kif xieraq, li jinkludu referenza għal impriżi li għandhom il-ħsieb jeżerċitaw din il-professjoni .

3 .   B'deroga mill-paragrafu 1, dan ir-Regolament ma japplikax:

a)

għall-impriżi li jeżerċitaw il-professjoni tat-trasportatur tal-merkanzija bit-triq, permezz biss ta' vetturi bil-mutur jew gruppi ta' vetturi li l-piż massimu awtorizzat tagħhom ma jaqbiżx 3.5 tunnellata. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jnaqqsu dan il-limitu għat-totalità tal-kategoriji tat-trasport jew għal parti minnhom.

b)

għall-impriżi li jiżvolġu

Image

operazzjonijiet ta' trasport tal-passiġġieri bit-triq, għal finijiet esklussivament mhux kummerċjali jew mingħajr ħlas , li l-attività ewlenija tagħhom hija differenti minn dik ta' trasportatur tal-passiġġieri bit-triq, u li l-vetturi użati tagħhom huma misjuqin mill-impjegati tagħhom stess.

c)

impriżi li jiżvolġu l-professjoni tat- trasportur bit-triq biss permezz ta' vetturi bil-mutur b'veloċitá massima awtorizzata li ma taqbeżx l-40 km/h.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Image Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament:

a)

“professjoni ta' t-trasportatur bit-triq” tfisser il-professjoni tat-trasportatur tal-passiġġieri bit-triq jew il-professjoni tat-trasportatur tal-merkanzija bit-triq;

b)

“professjoni tat-trasportatur tal-merkanziji bit-triq” tfisser l-attivitajiet ta' kull impriża li twettaq trasport tal-merkanzija f'isem ħaddieħor, jew permezz ta' vetturi bil-mutur, jew permezz ta' gruppi ta' vetturi;

c)

professjoni tat-trasportatur tal-passiġġieri bit-triq tfisser l-attivitajiet ta' kull impriża li tiżvolġi servizzi ta' trasport tal-passiġġieri għall-pubbliku jew għal kategoriji speċifiċi ta' utenti, bi ħlas mill-persuna ttrasportata jew mill-organizzatur tat-trasport, permezz ta' vetturi bil-mutur magħmulin u mgħammra b'tali mod li jkunu adatti biex iġorru aktar minn disa' persuni, inkluż ix-xufier;

d)

impriża tfisser kull persuna fiżika, kull persuna ġuridika bi skop ta' lukru jew mingħajru, kull assoċjazzjoni jew kull raggruppament ta' persuni mingħajr personalità ġuridika bi skop ta' lukru jew mingħajru, kif ukoll kull korp uffiċjali, ikollux personalità ġuridika proprja u jew jiddependix minn awtorità b'personalità ġuridika;

e)

maniġer tat-trasport tfisser persuna fiżika impjegata minn impriża, jew fil-każ li din l-impriża hija persuna fiżika, din l-istess persuna, jew fejn hemm dispożizzjoni għaliha , persuna fiżika oħra maħtura permezz ta' kuntratt, u li tmexxi b'mod effettiv u permanenti l-attivitajiet ta' trasport ta' din l-impriża;

f)

awtorizzazzjoni għad-dħul għall-impjieg tat-trasportatur bit-triq tfisser deċiżjoni amministrattiva li tawtorizza lil impriża li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati minn dan it-Regolament biex jeżerċitaw l-professjoni tat-trasportatur bit-triq;

g)

awtorità kompetenti

Image

tfisser awtorità fi Stat Membru fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali, li biex tawtorizza l-eżerċitar tal-professjoni tivverifika li impriża tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati minn dan ir-Regolament, u li għandha s-setgħa li toħroġ, tissospendi jew tirtira l-awtorizzazzjoni tal-eżerċizzju tal-professjoni tat-trasportatur bit-triq;

(h)

Stat Membru ta' stabbiliment tfisser l-Istat Membru li fih hija stabbilita , irrispettivament jekk il-maniġer tat-trasport jiġix minn pajjiż ieħor jew le.

Image

Image

Artikolu 3

Rekwiżiti għall-eżerċizzju tal-professjoni tat-trasportatur bit-triq

L-impriżi li jeżerċitaw il-professjoni tat-trasportatur bit-triq Imagegħandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

a)

għandu jkollhom stabbiliment reali u sod f'wieħed mill-Istati Membri kif previst fl-Artikolu 5 ;

b)

għandu jkollhom kondotta tajba kif previst fl-Artikolu 6 ;

c)

għandu jkollhom il-kapaċità finanzjarja xierqa kif previst fl-Artikolu 7 ;

d)

għandu jkollhom il-kompetenza professjonali meħtieġa kif previst fl-Artikolu 8 .

Il-kundizzjonijiet li għandhom ikunu rispettati biex jintlaħqu dawn ir-rekwiżiti huma ddefiniti fil-Kapitolu II. Dan ir-Regolament mhuwiex kontra li l-Istati Membri jiddeċiedu li jimponu kundizzjonijiet addizzjonali li għandhom jissodisfaw l-impriżi biex ikunu awtorizzati li jeżerċitaw il-professjoni tat-trasportatur bit-triq.

Artikolu 4

Il-maniġer tat-trasport

1.   Impriża li teżerċita l-professjoni tat-trasportatur bit-triq għandha taħtar Image millinqas persuna fiżika waħda , imsejħa l-maniġer tat-trasport, li tissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 3(b) u 3(d) u li tirrispetta wkoll l-kundizzjonijiet li ġejjin:

a)

għandha tmexxi l-attivitajiet ta' trasport tal-impriża b'mod effettiv u permanenti, u

b)

għandu jkollha rabta ġenwina mal-impriża, għandha tkun impjegata, imsieħba, direttriċi, parti interessata jew għandu jkollha relazzjoni kuntrattwali simili ma'l- -impriża , jew timmaniġġjaha, , jew jekk l-impriża hija persuna fiżika, għandha tkun din l-istess persuna , jew, jekk l-impriża hi assoċjazzjoni, tkun intitolata li tirrapreżenta legalment u li tagħmel deċiżjonijiet li jorbtu f'isem l-assoċjazzjoni ;

c)

għandu jkollha r-residenza tagħha fi Stat Membru.

L-impriża għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti dwar il-maniġer jew il-maniġers tat-trasport li jinħatru.

2.    Jekk ma tissodisfax ir-rekwiżit tal-kompetenza professjonali stipulat fl-Artikolu 3(d), l- awtorità kompetenti jistgħu jawtorizzawha biex teżerċita l-professjoni tat-trasportatur bit-triq mingħajr ma jinħatar maniġer tat-trasport f'konformità mal-paragrafu 1 , bil-kundizzjonijiet li ġejjin:

a)

li taħtar

Image

persuna fiżika oħra li għandha r-residenza tagħha fi Stat Membru li tissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 3(b) u 3(d), u li permezz ta' kuntratt hija awtorizzata biex tiżvolġi kompiti bħala maniġer tat-trasport f'isem l-impriża u tinnotifika lill-awtorità kompetenti dwar dan ;

b)

li l-kuntratt li jorbot l-impriża u l-maniġer tat-trasport jispeċifika l-kompiti li għandhom jitwettqu b'mod kontinwu mill-parti kkonċernata, u jindika r-responsabbiltajiet tagħha bħala maniġer tat-trasport; il-kompiti li għandhom jitwettqu jinkludu partikolarment dawk marbutin mal- immaniġġjar tal-vetturi, l-ivverifikar tal-kuntratti u tad-dokumenti tat-trasport, il-kontabbiltà, l-assenjazzjoni ta' kunsinni jew servizzi lix-xufiera u lill-vetturi, u l-ivverifikar tal-proċeduri ta' sikurezza;

c)

li l-persuna nnotifikata ma tmexxix, bħala maniġer tat-trasport, l-attivitajiet ta' trasport ta' aktar minn erba' impriżi differenti . L-awtoritá kompetenti tista' tiddeċiedi dwar il-massimu ta' vetturi li maniġer tat-trasport jista' jmexxi, li ma għandhiex tkun ta' aktar minn 50 għal kull maniġer tat-trasport ;

d)

li l-persuna nnotifikata tkun indipendenti mill-impriżi oħrajn li jitolbu lill-impriża li twettaq operazzjonijiet ta' trasport, jew li jwettqu operazzjonijiet ta' trasport f'isem l-impriża .

Image

Kapitolu II

Il-kundizzjonijiet

Artikolu 5

Il-kundizzjonijiet fir-rigward tar-rekwiżit tal-istabbiliment

Biex jintlaħaq ir-rekwiżit previst fl-Artikolu 3(a) Imagel-impriza fl-Istat Membru ikkonċernat għandu jkollha:

a)

stabbiliment,

Image

b'sede fejn iżżomm id-dokumentazzjoni tan-negozju tagħha għall-perjodi ta' żmien stabbiliti bil-liġi , u partikolarment id-dokument tal-kontijiet, dwar il-ġestjoni tal-persunal, u kwalunkwe dokumenti oħra tagħha b'mod li d-data tkun sikura u li għalihom l-awtorità kompetenti biex tawtorizza l-eżerċizzju tal-professjoni għandu jkollha aċċess sabiex tivverifika l-konformità mal-kundizzjonjiet previsti f'dan ir-Regolament waqt li tkun konformi mal-istandards kollha għall-ħarsien tad-data tal-persunal ;

b)

vettura waħda jew iktar minn vettura waħda għad-dispożizzjoni tagħha, kemm jekk totalment proprjetà tagħha, jew miksuba taħt titolu ieħor, bħal b'kuntratt ta' xiri bin-nifs, kera jew kuntratti ta' twellija, jew b'kuntratt ta' xiri, li jkunu rreġistrati

Image

f'dak l-Istat Membru;

c)

tmexxija effettiva u kontinwa tal-operazzjonijiet tagħha f' ċentru operattiv f'dak l-Istat Membru, bit-tagħmir meħtieġ u kapaċi meta mitluba turi fejn fi Stat Membru tal-istabbiliment huma pparkjati l-vetturi meta m'humiex qed jintużaw .

Artikolu 6

Il-kundizzjonijiet fir-rigward tar-rekwiżit tal-kondotta tajba

1.   Għall-finijiet tal-Artikolu 3(b), u suġġett għall-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu sodisfatti minn impriża u minn maniġer tat-trasport f'konformità ma' dan ir-Regolament sabiex kull wieħed minnhom jissodisfa ir-rekwiżit tal-kondotta tajba.

Dawn il-kundizzjonijiet għandhom jinkludu r-rekwiżiti li ġejjin :

a)

ma jkun hemm l-ebda raġuni serja li tixħet dubju fuq il-kondotta tajba tal-impriża tat-trasport, tal-maniġers tat-trasport tagħha jew ta' kull persuna rilevanti, bħal kundanna ta' ħtija jew pieni għal kull ksur serju tar-regoli nazzjonali fis-seħħ fil-qasam:

i)

tal-liġi kummerċjali;

ii)

tal-liġi dwar il-falliment;

iii)

tal-kundizzjonijiet tal-ħlas u tax-xogħol fil-professjoni;

iv)

tat-traffiku tat-toroq;

v)

tar-responsabbiltà professjonali; u

vi)

tat-traffikar tal-bnedmin jew tad-drogi.

b)

il-maniġer tat-trasport jew l-impriża tat-trasport ma wettqux reati jew ingħatatx/ingħatawx sanzjonijiet f'wieħed jew iktar mill-Istati Membri għall-ksur serju

Image

ta' regoli Komunitarji partikolarment dwar:

i)

il-ħinijiet tas-sewqan u l-perjodu ta' mistrieħ għax-xufiera, il-ħinijiet tax-xogħol, u l-installazzjoni u l-użu tat-tagħmir tar-reġistrazzjoni; il-verifika għandha tkopri l-konformità kontinwa tagħhom, l-arkivjar tad-data u l-ħarsien tad-data dwar il-persunal li tkun inkisbet;

ii)

il-piżijiet massimi u l-qisien tal-vetturi kummerċjali użati għat-trasport internazzjonali;

iii)

il-kwalifiki inizjali u t-taħriġ kontinwu tax-xufiera;

(iv)

Image

il-kundizzjoni tajba tal-vetturi kummerċjali , inkluża l-ispezzjoni teknika

Image

obbligatorja tal-vetturi bil-mutur;

v)

l-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport bit-triq jew, fejn xieraq, l-aċċess għas-suq tat-trasport tal-passiġġieri;

vi)

is-sikurezza fit-trasport tal-merkanzija perikoluża bit-triq;

vii)

l-istallazzjoni u l-użu ta' tagħmir għall-kontroll tal-veloċità fuq ċerti kategoriji ta' vetturi;

viii)

il-liċenzja tas-sewqan;

ix)

id-dħul għall-professjoni.

Image

2.   Għall-finijiet tal- paragrafu 1, subparagrafu 2 (b) :

a)

kundanna ta' ħtija jew pieni li l-maniġer tat-trasport jew l-impriża tat-trasport ikunu suġġetti għalihom f'wieħed jew iktar mill-Istati Membri għall-iktar tipi ta' ksur serji tar-regoli Komunitarji, stabbiliti fl-Anness III, iwasslu għat-telf tal-kondotta tajba wara li ssir proċedura amministrattiva li tintemm b'mod korrett u, jekk ikun xieraq, wara li jsir kontroll fil-bini tal-impriża sakemm l-awtorità kompetenti, għal raġunijiet eċċezzjonali u oħrajn iġġustifikati b'mod korrett, ma tistabbilixxix li dan jikkostitwixxi reazzjoni sproporzjonata. F'każ bħal dan, ir-raġunijiet eċċezzjonali u ġġustifikati b'mod korrett għandhom ikunu rreġistrati fir-reġistru nazzjonali u jkunu indikati fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 25(1). Il-miżuri li tfasslu sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, li huma relatati mal-adattament tal-Anness III sabiex dan iqis l-iżvilupp tal-acquis communautaire fil-qasam tat-trasport bit-triq, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 24(3) ;

b)

il-Kummissjoni għandha tadotta, mhux iktar tard mill-1 ta' Jannar 2010, lista ta' kategoriji, tipi u livelli ta' gravità ta' ksur li jista' jwassal għat-telf tal-kondotta tajba. L-Istati Membri għandhom iqisu l-informazzjoni dwar dak il-ksur, inkluża informazzjoni li tasal mingħand Stati Membri oħrajn, meta jistabbilixxu l-prijoritajiet għall-kontrolli f'konformità mal-Artikolu 11(2) .

Il-miżuri li tfasslu sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, li huma relatati ma' din il-lista, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 24(3).

Għal dan il-għan u mhux iktar tard mill-1 ta' Jannar 2010, il-Kummissjoni għandha:

i)

tistabbilixxi l-kategoriji u t-tipi ta' ksur li l-aktar iseħħu frekwentament;

ii)

tiddefinixxi l-livell ta' gravità tal-ksur skond il-potenzjal tiegħu li joħloq riskju ta' fatalitajiet jew korrimenti serji; u

iii)

tipprovdi l-frekwenza tal-okkorrenza li lilhinn minnha ksur ripetut jitqies bħala iktar gravi, billi jitqies l-għadd ta' xufiera li jintużaw għall-attivitajiet tat-trasport immexxija mill-maniġer tat-trasport.

3.   Ir-rekwiżit tal-kondotta tajba jibqa' mhux sodisfatt sakemm tkun saret rijabilitazzjoni jew kwalunkwe miżura oħra li jkollha effett ekwivalenti, skond id-dispożizzjonijiet nazzjonali rilevanti eżistenti.

Artikolu 7

Il-kundizzjonijiet fir-rigward tar-rekwiżit tal-kapaċità finanzjarja

1.   Għall-finijiet tal-Artikolu 3(c), impriża għandu jkollha l-ħila li fi kwalunkwe waqt taqdi l-obbligi finanzjarji tagħha matul is-sena tal-kontijiet annwali. Għal dan il-għan, l-impriża għandha turi, abbażi tal-kontijiet annwali ċċertifikati minn awditur jew minn persuna akkreditata kif xieraq, li għandha għad-dispożizzjoni tagħha għal kull sena kapital u riservi li jammontaw mhux inqas minn EUR 9 000 għall-użu ta' vettura waħda u EUR 5 000 għal kull vettura addizzjonali wżata.

Ir-riżorsi kapitali għandhom ikunu murija permezz ta' karta ta' bilanċ tal-kummerċ iċċertifikata jew karta ta' bilanċ għal skopijiet ta' taxxa. Persuni li qed japplikaw għall-aċċess għall-professjoni ta' maniġer tat-trasport għall-ewwel darba jridu jippreżentaw karta tal-bilanċ tal-ftuħ iċċertifikata .

Image

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, il-valur tal-euro f'dawk il-muniti nazzjonali li mhumiex parteċipanti fit-tielet stadju tal-Unjoni Moneterja għandu jkun iffissat kull sena . Ir-rati li għandhom ikunu applikati jkunu dawk miksuba fl-ewwel jum tax-xogħol ta' Ottubru u ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dawn għandhom jidħlu fis-seħħ mill-1 ta' Jannar tas-sena kalendarja li jmiss.

L-elementi tal-kontijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jinftiehmu bħal dawk definiti fir-Raba' Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE tal-25 ta' Lulju tal-1978 ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat dwar il-kontijiet annwali ta' ċerti tipi ta' kumpanniji (9).

2.   B'deroga mill-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti tista' taċċetta li impriża tagħti prova tas-sitwazzjoni finanzjarja tagħha permezz ta' ċertifikat maħruġ minn bank wieħed jew aktar jew istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn inklużi kumpaniji tal-assikurazzjoni fejn jipprovdu garanzija konġunta u individwali għall-impriża fil-forma ta' garanzija bankarja, jew kwalunkwe mezz ieħor simili, fir-rigward tal-ammonti speċifikati fil- paragrafu 1. Il-garanzija bankarja jew tal-assikurazzjoni tista' tintalab mill-awtorità kompetenti li tawtorizza l-eżerċizzju tal-professjoni u ma tistax tiġi rrilaxxata mingħajr l-approvazzjoni tagħha minn qabel. L-awtorità kompetenti għandha tiddetermina wkoll il-kundizzjonijiet li japplikaw sabiex il-garanzija bankarja jew l-assikurazzjoni tkun tista' tintalab u tiġi rrilaxxata għall-benefiċċju ta' kredituri oħrajn.

3.   Il-kontijiet annwali msemmija fil- paragrafu 1 , u l-garanzija msemmija fil- paragrafu 2 , li għandhom ikunu vverifikati, huma dawk ta' dik l-entità ekonomika stabbilita fit-territorju tal-Istat Membru li fih issir applikazzjoni għal awtorizzazzjoni u mhux dawk ta' kwalunkwe entità oħra stabbilita fit-territorju ta' kwalunkwe Stat Membru ieħor.

Artikolu 8

Il-kundizzjonijiet fir-rigward tar-rekwiżit tal-kompetenza professjonali

1.   Għall-finijiet tal-Artikolu 3(d), il- persuna jew persuni kkonċernati għandu jkollhom l-għarfien korrispondenti mal-livell ta' taħriġ fis-suġġetti elenkati fit-Taqsima 1 tal-Anness I. Dan għandu jiġi stabbilit, Image permezz ta' eżami bil-kitba obbligatorju li , jekk Stat Membru jiddeċiedi dan, jista' jkun akkumpanjat minn eżami orali. Dawn l-eżamijiet għandhom jiġu organizzati skond l-Anness I, Taqsima II.

2.     Il-persuni kkonċernati għandhom jagħtu l-eżami fl-Istat Membru tar-residenza tagħhom.

3.   L-awtoritajiet u l-korpi akkreditati biss għal dan il-għan minn Stat Membru skond il-kriterji definiti minnu jistgħu jorganizzaw eżamijiet bil-kitba jew orali fejn il-kompetenza professjonali tkun tista' tiġi stabbilita. L-Istati Membri għandhom jivverifikaw regolarment il-kundizzjonijiet li bihom l-awtoritajiet u l-korpi akkreditati jorganizzaw l-eżamijiet skond l-Anness I.

4.   L-Istati Membri għandhom jakkreditaw, skond il-kriterji li jiddefenixxu u li huma kompatibbli reċiprokament , lill-korpi li jkunu kapaċi joffru taħriġ ta' kwalità għolja biex iħejju lill-applikanti b'mod effiċjenti għall-eżami, u taħriġ kontinwu għall-maniġers tat-trasport li jkunu jixtiequ jaġġornaw l-għarfien tagħhom. L-Istati Membri għandhom jivverifikaw regolarment li dawn il-korpi jissodisfaw f'kull waqt il-kriterji abbażi tal-akkreditament li ngħatatilhom.

5.   L-Istati Membri jistgħu jeżentaw mill-eżami persuni li jkunu taw prova ta' mill-anqas għaxar snin esperjenza prattika kontinwa f'livell ta' treġija ta' impriża tat-trasport iggwadanjata qabel il-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament .

6.     L-Istati Membri jistaw jippromwovu t-taħriġ kif deskritt fl-Anness I u eżami kif deskritt fl-Artikolu 8, paragrafu 1, għall-maniġers tat-trasport f'intervalli ta' għaxar snin sabiex jiġi żgurat li l-maniġers ikunu jafu bl-iżviluppi fis-settur.

7.     L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-maniġers tat-trasport b'esperjenza prattika li jirriturnaw għall-professjoni wara perjodu ta' 5 snin ta' assenza għandhom jieħdu t-taħriġ mill-ġdid u l-aġġornament meħtieġ sabiex ikunu jistgħu jkomplu jagħtu prova tal-kompetenza professjonali tagħhom u tat-tagħrif tagħhom dwar l-iżviluppi attwali tal-leġiżlazzjoni applikabbli għal din il-professjoni.

8.   L-Istati Membri jistgħu jeżentaw, lit-titolari ta' ċerti diplomi avvanzati jew diplomi tekniċi maħruġa f'dak l-Istat Membru, li jeħtieġ l-attendenza għall-korsijiet fis-suġġetti elenkati fl-Anness I u li huma speċifikament jidentifikaw għal dan il-għan, mit-taħriġ Image fis-suġġetti koperti mid-diplomi , u mill-eżami .

9.   Ċertifikat maħruġ mill-awtorità jew korp previst fil-paragrafu 3 għandu jingħata bħala prova ta' kompetenza professjonali. Dan iċ-ċertifikat ma jkunx trasferibbli lil xi persuna fiżika jew ġuridika oħra . Għandu jitfassal skond il-mudell ta' ċertifikat stabbilit fl-Anness II u juri timbru jew siġill stampat mill-awtorità jew korp li jkun ħarġu.

10.   Il-Kummissjoni għandha taġġorna l-Anness I u II skond il-progress teknoloġiku. Billi dawn il-miżuri huma maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 24(3), fir-rigward tal-Anness I, u skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju imsemmija l-Artikolu 24(4), fir-rigward tal-Anness II.

11.   Skambju ta' esperjenzi u tagħrif fost l-Istati Membri dwar taħriġ, eżamijiet u akkreditament għandhom jitħeġġu b'mod attiv, prinċipalment, imma mhux esklussivament, permezz tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 24 u minn kull korp ieħor li l-Kummissjoni tista' taħtar.

Kapitolu III

L-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza

Artikolu 9

L-awtoritajiet kompetenti

1.   Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità kompetenti waħda jew aktar biex jiġi żgurat li r-Regolament jiġi implimentat sewwa. Dawn l-awtoritajiet kompetenti għandha tingħatalhom is-setgħa li:

a)

jeżaminaw l-applikazzjonijiet mill-impriżi;

b)

jawtorizzaw l-eżerċizzju tal-professjoni, u s-suspensjoni jew l-irtirar ta' tali awtorizzazzjonijiet;

c)

jiddikjaraw li persuna fiżika mhix kapaċi tmexxi l-attivitajiet tat-trasport ta' impriża fil-kariga ta' maniġer tat-trasport;

d)

iwettqu l-verifiki meħtieġa biex jaraw li impriża tissodisfa r-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 3.

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw il-kundizzjonijiet kollha stipulati skond dan ir-Regolament, kwalunkwe dispożizzjoni nazzjonali oħra, il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti mill-applikanti interessati u l-ispjegazzjonijiet korrispondenti.

Artikolu 10

L-eżami u r-reġistrazzjoni tal-applikazzjonijiet

1.    Impriża tat-trasport li tikkonforma mar -rekwiżiti previsti fl-Artikolu 3 għandha tkun awtorizzata, wara li tissottometti applikazzjoni, li teżerċita il-professjoni tat-trasportatur bit-triq. L-awtorità kompetenti għandha taċċerta ruħha li impriża li tissottometti applikazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti previsti f'dak l-Artikolu.

2.   L-awtorità kompetenti għandha tkun responsabbli mill-aġġornament u miż-żamma tar-reġistru elettroniku msemmi fl-Artikolu 15.

L-awtorità kompetenti għandha tirreġistra, fir-reġistru elettroniku msemmi fl-Artikolu 15 l-isem uffiċjali tal-impriża , l-isem tal-maniġer tat-trasport maħtur mill-impriża u indikazzjoni dwar jekk huwiex adattat għall-immaniġġjar tat-trasport , l-indirizz tal-istabbiliment, l-għadd tal-vetturi li jkunu qed jintużaw u, jekk l-awtorizzazzjoni tkun valida għat-trasport internazzjonali, in-numru tas-serje tal-liċenzja Komunitarja u dak tal-kopji attestati.

3.   Il-perjodu għall-eżami ta' applikazzjoni għall-awtorizzazzjonijet mill-awtorità kompetenti għandu jkun qasir kemm jista jkun u m'għandux jaqbeż it-tliet xhur.

4.   Mill- 1 ta' Jannar 2012 , awtorità kompetenti , f'każ li jkun hemm dubju, għandha tivverifika, meta tkun qed teżamina l-kondotta tajba ta' impriża, li l-maniġer wieħed jew aktar tat-trasport maħtura — meta tiġi ppreżentata l-applikazzjoni ma jkunx ġie ddikjarat , , f'wieħed mill-Istati Membri, li mhumiex kapaċi li jmexxu l-attivitajiet tat-trasport ta' impriża skond l-Artikolu 13.

5.   L-impriżi b'awtorizzazzjoni biex jeżerċitaw il-professjoni tat-trasportatur għandhom, fi żmien 28 jum, jinnotifikaw l-awtorità kompetenti li ħarġitilhom l-awtorizzazzjoni bi kwalunkwe tibdil fl-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2.

Artikolu 11

Il-kontrolli

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw li impriżi li awtorizzaw biex jeżerċitaw il-professjoni ta' trasportatur bit-triq jkomplu jilħqu r-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 3. Għal dan il-għan, għandhom jivverifikaw kull ħames snin li l-impriżi għadhom jilħqu kull wieħed minn dawn ir-rekwiżiti.

Il-Kummissjoni għandha tadatta r-rikorrenza ta' kontrolli regolari għall-progress tekniku, b'mod notevoli r-reġistri elettroniċi nazzjonali kif previst fl-Artikolu 15. Billi dawn il-miżuri huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 24(3).

2.   Barra l-verifiki previsti fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu kontrolli mmirati lejn impriżi klassifikati li jinsabu f'riskju skond is-sistema stabbilita mill-Istati Membri skond l-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2006/22/KE (10). L-Istati Membri għandhom jestendu din is-sistema ta' klassifikazzjoni tar-riskju biex jiġu koperti t-tipi ta' ksur imsemmija fl-Artikolu 6 ta' dan ir-Regolament.

3.   Stat Membru għandu jwettaq il-verifika tar-rekwiżiti biex jara jekk impriża għadhiex tissodisfa l-kundizzjonijiet li jirregolaw id-dħul għall-professjoni kull meta titlobha l-Kummissjoni. Għandu jinforma lill-Kummissjoni bir-riżultati tal-verifiki mwettqa fuq talba tal-Kummissjoni u bil-miżuri meħuda jekk ikun stabbilit li l-impriża ma għadhiex tissodisfa l-kundizzjonijiet previsti f'dan ir-Regolament.

Artikolu 12

Il-proċedura ta' twissija u l-proċedura għall-irtirar tal-awtorizzazzjoni

1.    F'każ li l-awtorità kompetenti tistabbilixxi li impriża tinsab f'riskju li ma tistax tibqa' tissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 3 l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-impriza dwar dan. F'każ li l-awtorità kompetenti tistabbilixxi li wieħed minn dawn ir-rekwiżiti m'għadux jiġi ssodisfat, l-awtorità kompetenti tista' tikkonċedi limitu ta' żmien lill-impriża sabiex t irrettifika s-sitwazzjoni fil-limiti li ġejjin:

a)

limitu ta' żmien li ma jaqbiżx it-tliet xhur għall-ingaġġ ta' maniġer tat-trasport ġdid jekk dak attwali ma jkunx għadu jissodisfa r-rekwiżiti fir-rigward tal-kondotta tajba jew kompetenza professjonali, li jista jiġi estiż bi tliet xhur fil-każ tal-mewt jew diżabilità fiżika tal-maniġer tat-trasport attwali;

b)

limitu ta' żmien li ma jaqbiżx it-tliet xhur fejn l-impriża għandha tirrimedja s-sitwazzjoni billi turi li għandha stabbiliment reali u sod;

c)

limitu ta' żmien li ma jaqbiżx is-sitt xhur jekk ir-rekwiżit tal-kapaċità finanzjarja ma jkunx milħuq, sabiex tkun tista' turi, abbażi ta' pjan finanzjarju b'ipoteżijiet realistiċi, li r-rekwiżit tal-kapaċità finanzjarja se jerġa' jintlaħaq fuq bażi permanenti mis-sena finanzjarja li jmiss.

2.    L-awtorità kompetenti tista' tesiġi li l-impriżi li l-awtorizzazzjoni tagħhom tkun ġiet sospiża jew irtirata, jiżguraw li l-maniġers tat-trasport tagħhom isegwu l-kors ta' taħriġ u jgħaddu mill-eżami msemmi fl-Artikolu 8 qabel ma tittieħed kwalunkwe miżura ta' riabilitazzjoni.

3.    F'każ li l-awtorità kompetenti tistabbilixxi li l-impriża m'għadhiex tissodisfa wieħed jew iktar mir-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 3, hija tissospendi jew tirtira l-awtorizzazzjoni għall-eżerċitar tal-professjoni ta' trasportatur bit-triq li tkun ikkonċediet lill-impriża mhux iktar tard mil-limiti taż-żmien imsemmija fil-paragrafu 1 .

Artikolu 13

Id-dikjarazzjoni tal-inkompetenza tal-maniġer tat-trasport

1.   Fil-każ ta' ksur serju kif msemmi fl-Artikolu 6(1)(b) , li l-gravità tagħhom tkun stabbilita b'analiżi tan-natura sistematika u premeditata u tal-attentati ta' ħabi tal-fatti u li għalihom huwa responsabbli l-maniġer tat-trasport , l-awtorità kompetenti għandha tiddikjara li l-maniġer tat-trasport, ta' impriża li l-awtorizzazzjoni tagħha ġiet irtirata, bħala inkompetenti li jmexxi l-attivitajiet tat-trasport ta' impriża.

2.   Sakemm tittieħed miżura tar-rijabilitazzjoni f'konformità mad-dispożizzjonijiet nazzjonali rilevanti , iċ-ċertifikat ta' kompetenza professjonali msemmi fl-Artikolu 8(9) tal-persuna ddikjarata li tkun inkompetenti biex tmexxi l-attivitajiet tat-trasport ma jibqax validu fl-Istati Membri kollha.

Artikolu 14

Id-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet kompetenti u l-appelli

1.   Id-deċiżjonijiet negattivi meħuda mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri skond dan ir-Regolament, li jinkludu ċ-ċaħda tal-applikazzjoni għad-dħul għall-professjoni tat-trasportatur bit-triq jew fl-irtirar ta' awtorizzazzjoni eżistenti u f'dikjarazzjoni ta' inkompetenza tal-maniġer tat-trasport , għandhom jiddikjaraw ir-raġunijiet li fuqhom huma bbażati.

Dawn id-deċiżjonijiet għandhom iqisu l-informazzjoni disponibbli dwar il-ksur imwettaq fi Stati Membri oħra mill-impriża jew wieħed mill-maniġers tat-trasport li jkunu tali li jippreġudikaw il-kondotta tajba tal-impriża, u kwalunkwe informazzjoni oħra disponibbli għall-awtorità kompetenti.

Id-deċiżjonijiet għandhom jispeċifikaw il-miżuri ta' rijabilitazzjoni applikabbli fil-każ tas-sospensjoni ta' awtorizzazzjoni jew dikjarazzjoni ta' inkompetenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jieħdu passi biex jiżguraw li l-impriżi u l-persuni konċernati jkollhom il-possibbiltà li jappellaw Image id-deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1. inkluż quddiem qorti tal-ġustizzja .

Kapitolu IV

Is-simplifikazzjoni u l-kooperazzjoni amministrattiva

Artikolu 15

Ir-reġistri elettroniċi nazzjonali

1.   Għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari l-Artikoli 10, 11, 12, 13 u 25, kull Stat Membru għandu jżomm reġistru elettroniku nazzjonali tal-impriżi tat-trasport bit-triq u tal-maniġers tat-trasport li jkunu awtorizzati minn awtorità kompetenti maħtura minnu biex jeżerċitaw il-professjoni tat-trasportatur bit-triq. It-trattament tad-data li jkun hemm f'dan ir-reġistru għandu jsir taħt is-sorveljanza tal-awtorità pubblika li tkun inħatret għal dan il-għan , li għandha tkun responsabbli wkoll mill-użu u mill-aġġornament ta' din id-data. Ir-reġistru elettroniku nazzjonali għandu jkun fih taqsima pubblika waħda u taqsima konfidenzjali waħda . Ir-reġistru għandu jkun aċċessibbli elettronikament għall-awtoritajiet kollha kompetenti ta' dak l-Istat Membru msemmija fl-Artikolu 9. It-taqsima konfidenzjali tar-reġistru elettroniku għandha tkun aċċessibbli għall- awtoritajiet li mhumiex l-awtoritajiet kompetenti , biss f'każi ta' awtoritajiet debitament vestiti b'setgħat biex jimmonitorjaw u jimponu sanzjonijiet fil-qasam tat-trasport bit-triq u li l-impjegati tagħhom ikunu ħadu ġurament fir-rigward.

Mhux iktar tard mill-1 ta' Jannar 2010, il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi flimkien mal-Istati Membri, l-istruttura minima tad-data li għandha tiddaħħal fir-reġistru elettroniku nazzjonali.

It-taqsima tar -reġistru elettroniku nazzjonali ta' relatata mal-impriżi tat-trasport bit-triq Stat Membru għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja:

a)

l-isem u l-forma ġuridika tal-impriża;

b)

l-indirizz tal-istabbiliment tagħha;

c)

isem il-maniġers tat-trasport maħtura biex jintlaħqu l-kundizzjonijiet tal-kondotta tajba u tal-kompetenza professjonali jew, fejn applikabbli, isem ir-rappreżentant ġuridiku;

d)

it-tip tal-awtorizzazzjoni, l-għadd tal-vetturi li tkopri u, fejn applikabbli, in-numru tas-serje tal-liċenzja Komunitarja u dak tal-kopji attestati u l-marka tar-reġistrazzjoni tal-vettura ta' kull vettura li qed tkun użata skond l-awtorizzazzjoni mogħtija barra mill-Istat Membru tal-istabbiliment tal-impriża ;

e)

l-għadd, il-kategorija u t-tip tal-ksur gravi

Image

li rriżultaw f'sanzjonijiet tul l-aħħar sentejn;

f)

isem kwalunkwe persuna ddikjarata inkompetenti biex tmexxi l-attivitajiet ta' trasport ta' impriża tul l-aħħar sentejn, u l-miżuri tar-rijabilitazzjoni applikabbli.

It-taqsima tar-reġistru elettroniku nazzjonali ta' Stat Membru, relatata mal-maniġers tat-trasport bit-triq għandha tinkludi d-data li ġejja:

a)

l-isem tal-maniġer tat-trasport li jiġi dikjarat bħala kompetenti sabiex imexxi l-attività ta' trasport jew impriża;

b)

l-isem, il-forma ġuridika u l-indirizz tal-impriża jew tal-impriżi li jiġu mmaniġġjati;

L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jżommu l-informazzjoni msemmija fis-subparagrafu 3 (e) u (f) f'reġistri separati. F'każ bħal dan, id-data rilevanti għandha tkun disponibbli fuq talba jew għandha tkun aċċessibbli b'mod dirett għall-awtoritajiet kompetenti kollha tal-Istat Membru konċernat. L-informazzjoni mitluba għandha tkun ipprovduta fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol wara li tasal it-talba.

F'kull każ, l-informazzjoni msemmija fis-subparagrafu 3 (e) u (f) għandha tkun aċċessibbli għal awtoritajiet, għajr għall-awtoritajiet kompetenti, biss f'każi ta' awtoritajiet debitament mogħtija s-setgħat li jagħmlu superviżjoni u jimponu sanzjonijiet fil-qasam tat-trasport bit-triq u li l-impjegati tagħhom ikunu ħadu ġurament fir-rigward jew inkella jinsabu taħt obbligu formali ta' segretezza.

2.   Id-data dwar impriża li l-awtorizzazzjoni tagħha tkun ġiet sospiża jew irtirata Image għandha tinżamm fir-reġistru għal sentejn mill-iskadenza tas -sospensjoni jew l-irtirar tal liċenzja u wara għandha titneħħa minnufih .

Data dwar kwalunkwe persuna dikjarata bħala inkompetenti għall-professjoni għandha tinżamm fir-reġistru sakemm tiġi stabbilita mill-ġdid il-kondotta tajba ta' din il-persuna f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6(3). Wara riabilitazzjoni bħal din jew wara li jkunu ttieħdu miżuri ekwivalenti, id-data għandha titneħħa minnufih.

Data bħal din għandha tispeċifika r-raġunijiet għas-sospensjoni jew għall-irtirar tal-awtorizzazzjonijiet jew għad-dikjarazzjoni ta' inkompetenza u t-tul ta' żmien relattiv.

3.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-informazzjoni kollha miżmuma fir-reġistru elettroniku tinżamm aġġornata u eżatta, b'mod partikolari dik imsemmija fil-paragrafu 1 subparagrafu 3 (e) u (f).

4.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li r-reġistri elettroniċi nazzjonali jkunu interkonnessi madwar il-Komunità mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2010. L-interkonnessjoni għandha tiġi implimentata b'mod li awtorità kompetenti fi kwalunkwe Stat Membru tista' tirreferi għar-reġistri elettroniċi tal-Istati Membri kollha. Il-Kummissjoni tista' tieħu kwalunkwe inizjattiva neċessarja sabiex tiffaċilita l-implimentazzjoni ta' dan il-paragrafu.

5.   Għall-finijiet tal-paragrafu 4, ir-regoli komuni dwar il-format tal-informazzjoni skambjata, u dwar il-proċeduri tekniċi għall-użu awtomatiku tar-reġistri elettroniċi tal-Istati Membri l-oħra, għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skond il-proċedura ta' konsultazzjoni msemmija fl-Artikolu 24(2).

Image

Artikolu 16

Il-protezzjoni tad-data personali

F'dak li għandu x'jaqsam mal-applikazzjoni tad-Direttiva 95/46/KE, l-Istati Membri għandhom jiżguraw b'mod partikolari:

a)

li kull persuna tkun infurmata meta tkun irreġistrata xi data marbuta magħha, jew meta din id-data tkun ittrasferita lil partijiet terzi. L-informazzjoni għandha tispeċifika l-awtorità responsabbli għat-trattament tad-data, it-tip tad-data u r-raġunijiet;

b)

li kull persuna jkollha d-dritt għall-aċċess tad-data marbuta magħha mingħand l-awtorità responsabbli għat-trattament tagħha. Dan id-dritt għandu jkun żgurat, b'intervalli raġonevoli u mingħajr dewmien jew spejjeż eċċessivi

Image

għal min jitlobha;

c)

li kull persuna jkollha d-dritt li tikseb il-korrezzjoni, it-tħassir jew l-ibblokkjar tad-data marbuta magħha li ma tkunx kompleta jew eżatta;

d)

li kull persuna jkollha d-dritt li topponi ruħha għat-trattament tad-data marbuta magħha għal raġunijiet leġittimi jew ta' forza maġġuri. F'każ ta' oġġezzjoni ġġustifikata, din id-data ma tistax tkun ittrattata.

Artikolu 17

Il-kooperazzjoni amministrattiva bejn l-Istati Membri

1.   Meta Stat Membru jinnota ksur imwettaq minn impriża li l-awtorizzazzjoni tagħha tkun inħarġet minn awtorità kompetenti fi Stat Membru ieħor, u l-gravità tal-ksur tkun tista' twassal għas-sospensjoni jew l-irtirar tal-awtorizzazzjoni skond dan ir-Regolament, l-Istat Membru għandu jikkomunika lill-Istat Membru l-ieħor l-informazzjoni kollha fil-pussess tiegħu dwar il-ksur u kwalunkwe sanzjonijiet li jkun impona.

2.   L-Istati Membri għandhom jinnominaw punt ta' kuntatt nazzjonali responsabbli għall-iskambju ta' informazzjoni mal-Istati Membri l-oħra fir-rigward tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni l-isem u l-indirizz tal-punt ta' kuntatt nazzjonali tagħhom mhux aktar tard minn […]. Il-Kummissjoni għandha tfassal lista tal-punti ta' kuntatt nazzjonali kollha, u tibgħatha lill-Istati Membri.

3.   L-Istati Membri li jiskambjaw informazzjoni fil-kuntest ta' dan ir-Regolament għandhom jużaw il-punti ta' kuntatt nazzjonali nnominati kif imsemmija fil-paragrafu 2.

4.   L-Istati Membri li jiskambjaw informazzjoni dwar it-tipi ta' ksur imsemmija fl-Artikolu 6(2) jew dwar il-maniġers tat-trasport iddikjarati inkompetenti għandhom jikkonformaw mal-proċedura u l-limitu taż-żmien imsemmija fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru …/2008 [dwar ir-regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport ta' merkanzija bit-triq], jew, fejn applikabbli, l-Artikolu 23(1) tar-Regolament (KE) Nru …/2008 [dwar ir-regoli komuni għall-aċċess għas-suq tas-servizzi bil-kowċ u bix-xarabank]. Stat Membru li jirċievi notifika ta' ksur serju minn Stat Membru ieħor , li rriżulta f'kundanna ta' ħtija, għandu jirreġistra dak il-ksur fir-reġistru elettroniku nazzjonali.

Kapitolu V

Ir-rikonoxximent reċiproku tal-attestazzjonijiet u dokumenti formali oħra

Artikolu 18

L-attestazzjonijiet u dokumenti oħra rigward il-kondotta tajba

1.   Mingħajr ħsara għall-Artikolu 10(4), l-Istat Membru ta' stabbiliment Image għandu, jaċċetta, bħala prova suffiċjenti tal-kondotta tajba għad-dħul għall-professjoni tat-trasportatur bit-triq, il-produzzjoni ta' estratt tar-rekord ġudizzjarju, jew fin-nuqqas tiegħu, dokument ekwivalenti, maħruġ minn awtorità kompetenti ġudizzjarja jew amministrattiva tal-Istat(i) Memrbu/i li fih/fihom il-maniġer tat-trasport kellu r-residenza tiegħu .

2.   Meta Stat Membru jimponi fuq iċ-ċittadini tiegħu ċerti rekwiżiti marbutin mal-kondotta tajba, iżda l-prova li dawn ir-rekwiżiti ġew sodisfatti ma jistax jipprovdiha d-dokument imsemmi fil-paragrafu 1, dan l-Istat Membru għandu jaċċetta bħala prova suffiċjenti għaċ-ċittadini ta' Stati Membri oħra, attestazzjoni maħruġa minn awtorità kompetenti ġudizzjarja jew amministrattivi tal-Istat(i) Membru/i fejn il-maniġer tat-trasport kellu r-residenza tiegħu , li turi li dawn ir-rekwiżiti ġew sodisfatti. Din l-attestazzjoni għandha tirreferi għall-fatti konkreti meqjusa fl-Istat Membru l-ġdid ta' stabbiliment.

3.   Jekk id-dokument mitlub skond il-paragrafi 1 u 2 ma jkunx inħareġ mill- Istat(i) Membru(i) fejn il-maniġer tat- trasport kellu r-residenza tiegħu , tista' teħodlu postu dikjarazzjoni b'ġurament jew dikjarazzjoni solenni mill-persuna kkonċernata quddiem awtorità kompetenti ġudizzjarja jew amministrattiva, jew fejn applikabbli, quddiem nutar fl-Istat Membru fejn il-maniġer tat-trasport kellu r-residenza tiegħu , li jipprovdi ċertifikat li jikkonferma din id-dikjarazzjoni b'ġurament jew dikjarazzjoni solenni.

4.   Id-dokumenti maħruġa skond il-paragrafi 1 u 2 m'għandhomx jiġu aċċettati jekk jitressqu aktar minn tliet xhur wara li jkunu nħarġu. Din il-kundizzjoni għandha tapplika wkoll għad-dikjarazzjonijiet magħmula skond il-paragrafu 3.

Artikolu 19

Ċertifikati dwar kapaċità finanzjarja

Meta Stat Membru jimponi fuq iċ-ċittadini tiegħu ċerti kundizzjonijiet marbutin mal-kapaċità finanzjarja minbarra dawk stipulati fl-Artikolu 7, dak l-Istat għandu jaċċetta bħala prova suffiċjenti, għaċ-ċittadini ta' Stati Membri oħra, attestazzjoni maħruġa minn awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn il-maniġer tat-trasport kellu r-residenza tiegħu , li turi li dawn il-kundizzjonijiet ikunu ntlaħqu. Dawn l-attestazzjonijiet għandhom jirreferu għall- informazzjoni konkreti meqjusa fl-Istat Membru l-ġdid ta' stabbiliment.

Artikolu 20

L-attestazzjonijiet tal-kompetenza professjonali

1.   L-Istati Membri għandhom jaċċettaw, bħala prova suffiċjenti tal-kompetenza professjonali, l-attestazzjonijiet li huma konformi mal-mudell ta' ċertifikat mogħti fl-Anness II, maħruġin mill-awtoritajiet jew mill-korpi maħtura għal dan il-għan.

2.   L-attestazzjonijiet li jkunu nħarġu qabel […], bħala prova tal-kompetenza professjonali skond id-dispożizzjonijiet li sa dik id-data kienu fis-seħħ, jitqiesu ekwivalenti għaċ-ċertifikat li l-mudell tiegħu jingħata fl-Anness II, u għandhom ikunu aċċettati bħala prova tal-kompetenza professjonali fl-Istati Membri kollha. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar iċ-ċertifikati li huma jirrikonoxxu bħala prova tal-kompetenza professjonali għall-finijiet ta' dan l-Artikolu.

Kapitolu VI

Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 21

Pieni

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu is-sistema ta' pieni għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn il- pieni jkunu applikati. Il- pieni stipulati għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u diswassivi. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu, mingħajr dewmien, lill-Kummissjoni b'dawn id-dispożizzjonijiet sa mhux aktar tard mill- 1 ta' Jannar 2012 , kif ukoll b'kull emenda sussegwenti.

2.   Il- pieni imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu, b'mod partikolari, is-sospensjoni Imagetal-awtorizzazzjoni għall-eżerċitar tal-professjoni, l-irtirar tal-awtorizzazzjoni, u d-dikjarazzjoni ta' inkompetenza tal-maniġers tat-trasport involuti. Is-sanzjonijiet għandhom jinkludu wkoll il-konfiska ta' kull vettura użata minn impriża li twettaq operazzjonijiet ta' trasport mingħajr l-awtorizzazzjoni pprovduta minn dan ir-Regolament.

Image

Artikolu 22

Dispożizzjonijiet tranżitorji

L-impriżi li jgawdu minn awtorizzazzjoni biex jeżerċitaw il-professjoni tat-trasportatur bit-triq qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament għandhom isiru konformi mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament mhux aktar tard minn sentejn wara dik id-data.

Artikolu 23

L-assistenza reċiproka

Image L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jikkollaboraw mill-qrib, u jipprovdu assistenza 'l xulxin għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Għandhom ipartu l-informazzjoni dwar kundanni ta' ħtija għal kull tip ta' ksur serju, jew fatti speċifiċi oħrajn li jista' jkollhom konsegwenzi fl-eżerċitar tal-professjoni tat-trasportatur bit-triq, f'konformità mad-dispożizzjonijiet li japplikaw fil-qasam tal-protezzjoni tad-data personali . Image

Artikolu 24

Il-proċeduri tal-Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 18(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 tal-20 ta' Diċembru 1985 dwar apparat ta' reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq  (11).

2.   Kull fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

3.   Kull fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l- Artikolu 5a(1-4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

4.   Kull fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l- Artikolu 5a, (1) sa (4) u (5)(b) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha. Il-limitu taż-żmien stabbilit fl-Artikoli 5a(3)(c), (4)(b) u (4)(e) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' xahar.

Artikolu 25

Rapporti dwar l-eżerċizzju tal-professjoni

1.   Kull sentejn, l-Istati Membri għandhom ifasslu rapport dwar l-attivitajiet tal-awtoritajiet kompetenti u jibagħtuh lill-Kummissjoni. Dan ir-rapport għandu jinkludi:

a)

analiżi tas-settur f'dak li għandu x'jaqsam mal-kondotta tajba, il-kapaċità finanzjarja u l-kompetenza professjonali;

b)

imqassmin skond it-tip u s-sena, l-għadd tal-awtorizzazzjonijiet li nħarġu, li ġew sospiżi, li ġew irtirati, l-għadd ta' dikjarazzjonijiet , l-għadd tad-dikjarazzjonijiet ta' inkompetenza u r-raġunijiet korrispondenti;

c)

l-għadd taċ-ċertifikati ta' kompetenza professjonali li nħarġu kull sena;

d)

statistiċi prinċipali dwar

Image

ir-reġistri elettroniċi nazzjonali u l-użu tagħhom mill-awtoritajiet kompetenti ; u

e)

analiżi tal-skambji ta' informazzjoni mal-Istati Membri l-oħra, li tinkludi partikolarment l-għadd annwali ta' każijiet ta' ksur li ġew innotifikati lil Stat Membru ieħor u r-risposti irċevuti skond l-Artikolu 17(3), u l-għadd annwali tat-talbiet u tar-risposti rċevuti skond l-Artikolu 17(4).

2.   Kull sentejn, abbażi ta' dawn ir-rapporti nazzjonali, il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fuq l-eżerċizzju tal-professjoni tat-trasportatur bit-triq, għall-attenzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Dan ir-rapport għandu jinkludi partikolarment evalwazzjoni tal-funzjonament tal-iskambju ta' informazzjoni fost l-Istati Membri. Dan ir-rapport għandu jkun ippubblikat fl-istess ħin bħar-rapport imsemmi fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 dwar l-armonizazzjoni ta' ċerta leġislazzjoni soċjali dwar it-trasport  (12).

3.     Sa l-1 ta' Ġunju 2009 il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar x'jista' jkun l-impatt tat-twessiegħ tal-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament biex ikun inkluż it-trasport kummerċjali b'vetturi li d-disinn u t-tagħmir tagħhom huma xierqa u li huma maħsuba li jġorru sa disa' persuni inkluż is-sewwieq. Il-Kummissjoni għandha, jekk ikun meħtieġ, tieħu l-inizjattivi rilevanti.

Artikolu 26

Il-listi tal-awtoritajiet kompetenti

Kull Stat Membru għandu jibgħat lill-Kummissjoni , sa l-1 ta' Ġunju 2009 l-lista tal-awtoritajiet kompetenti li jkun ħatar biex jawtorizzaw l-eżerċizzju tal-professjoni tat-trasportatur bit-triq, kif ukoll il-lista tal-awtoritajiet jew tal-entitajiet akkreditati biex jorganizzaw l-eżamijiet u joħorġu ċ-ċertifikati . Il-lista kkonsolidata ta' dawn l-awtoritajiet jew entitajiet tal-Komunità kollha tiġi ppubblikata mill-Kummissjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 27

In-notifika tal-miżuri nazzjonali

L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni Imageit-test tad-dispożizzjonijet leġiżlattivi, regolatorji jew amministrattivi ta' liġi interna li jadottaw fil-qasam irregolat minn dan ir-Regolament , mhux iktar tard minn sitt ijiem wara d-data tal-adozzjoni tagħhom u għall-ewwel darba sa l-1 ta' Ġunju 2009 .

Artikolu 28

Tħassir

Id-Direttiva 96/26/KE hija mħassra.

Referenzi għad-Deċiżjoni mħassra għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 29

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Japplika mill- 1 ta' Ġunju 2009.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Image

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C ….

(2)  ĠU C ….

(3)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Mejju 2008.

(4)  ĠU L 124, 23.5.1996, p. 1. Image.

(5)  ĠU L ….

(6)  ĠU L ….

(7)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

(8)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Image.

(9)  ĠU L 222, 14.8.1978, p. 11. Image.

(10)  Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 dwar il-kondizzjonijiet minimi għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 3820/85 u (KEE) 3821/85 dwar il-leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam ma' attivitajiet tat-trasport bit-triq u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 88/599/KEE (ĠU L 102, 11.4.2006, p. 35).

(11)  ĠU L 370, 31.12.1985, p. 8. Image.

(12)  ĠU L 102, 11.4.2006, p. 1.

ANNESS I

I.   ELENKU TAS-SUĠĠETTI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 8

L-għarfien li għandu jitqies għar-rikonoxximent uffiċjali mill-Istati Membri tal-kompetenza professjonali għandu jkopri talanqas is-suġġetti elenkati hawn isfel għat-trasport tal-merkanzija bit-triq u t-trasport tal-passiġġieri bit-triq rispettivament. Fir-rigward ta' dawn is-suġġetti, it-trasportaturi bit-triq applikanti għandu jilħqu l-livell meħtieġ ta' għarfien u ta' kapaċità prattika għat-tmexxija ta' impriża tat-trasport.

Il-livell minimu ta' għarfien, kif indikat hawn isfel, ma jistax ikun taħt il-livell 3 skond l-istruttura ta' livell ta' taħriġ stabbilita fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 85/368/KEE tas-16 ta' Lulju 1985 dwar it-tqabbil tal-kwalifiki tat-taħriġ professjonali bejn l-Istati Membri u l-Komunità Ewropea  (1), li huwa l-livell li jkun inkiseb fit-taħriġ matul l-edukazzjoni obbligatorja supplimentata jew bit-taħriġ vokazzjonali jew bit-taħriġ tekniku supplimentari jew bl-edukazzjoni sekondarja jew b'xi taħriġ tekniku ieħor.

A.   Dritt ċivili

It-trasport tal-merkanzija bit-triq u t-trasport tal-passiġġieri bit-triq

B'mod partikolari, l-applikant għandu:

1)

ikun familjari mat-tipi prinċipali ta' kuntratti użati fit-trasport bit-triq u mad-drittijiet u l-obbligi li jkun hemm fihom;

2)

ikun kapaċi li jinnegozja kuntratt tat-trasport legalment validu, b'mod partikolari fir-rigward tal-kundizzjonijiet tal-ġarr.

It-trasport tal-merkanzija bit-triq

3)

ikun kapaċi jqis pretenzjoni mill-prinċipal tiegħu fir-rigward ta' kumpens għat-telf ta' jew ħsara lill-oġġetti matul it-trasportazzjoni jew għall-kunsinna tard tagħhom, u kapaċi jifhem kif pretenzjoni bħal din tolqotx ir-responsabbiltà kuntrattwali tiegħu;

4)

ikun familjari mar-regoli u l-obbligi li joriġinaw mill-Konvenzjoni CMR dwar il-Kuntratt għat-Trasport Internazzjonali ta' Oġġetti bit-Triq.

It-trasport bit-triq tal-passiġġieri

5)

ikun kapaċi jqis pretenzjoni mill-prinċipal tiegħu fir-rigward ta' kumpens għal korriment ta' passiġġieri jew għal ħsara lill-bagalji tagħhom ikkawżati minn inċident matul it-trasportazzjoni, jew fir-rigward ta' kumpens għal dewmien, u kapaċi jifhem kif pretenzjoni bħal din tolqotx ir-responsabbiltà kuntrattwali tiegħu.

B.   Dritt kummerċjali

It-trasport tal-merkanzija bit-triq u t-trasport tal-passiġġieri bit-triq

B'mod partikolari, l-applikant għandu:

1)

ikun familjari mal-kundizzjonijiet u l-formalitajiet stabbiliti biex jitħaddem il-kummerċ, l-obbligi ġenerali li jaqgħu fuq operaturi tat-trasport (ir-reġistrazzjoni, iż-żamma ta' dokumenti, eċċ.) u l-konsegwenzi ta' falliment;

2)

ikollu għarfien xieraq tad-diversi tipi ta' kumpaniji kummerċjali u r-regoli li jirregolaw il-kostituzzjoni u l-operat tagħhom.

C.   Liġi soċjali

It-trasport tal-merkanzija bit-triq u t-trasport tal-passiġġieri bit-triq

B'mod partikolari, l-applikant għandu:

1)

ikun familjari mar-rwol u l-funzjoni tal-istituzzjonijiet soċjali li għandhom x'jaqsmu mat-trasport bit-triq (it-tredjunjons, il-kunsilli tax-xogħol, ir-rappreżentanti tal-persunal, l-ispetturi tax-xogħol, eċċ.);

2)

ikun familjari mal-obbligi tas-sigurtà soċjali ta' min iħaddem;

3)

ikun familjari mar-regoli li jirregolaw il-kuntratti tax-xogħol għall-kategoriji varji ta' ħaddiema impjegati tal-impriżi tat-trasport bit-triq (il-forom ta' kuntratti, l-obbligi tal-partijiet, il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-ħinijiet tax-xogħol, il-liv imħallas, ir-remunerazzjoni, il-ksur tal-kuntratt, eċċ.);

4)

ikun familjari mar-regoli applikabbli għall-ħinijiet tas-sewqan, il-ħinijiet ta' mistrieħ u l-ħin tax-xogħol,

Image

u b'mod parikolari mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament

Image

(KE) Nru 561/2006, ir-Regolament

Image

(KEE) Nru 3821/85, id-Direttiva 2002/15/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2002 dwar l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol ta' ħaddiema li jwettqu attivitajiet mobbli tat-trasport fit-toroq (2) u d-Direttiva 2006/22/KE, u l-miżuri prattiċi għall-applikazzjoni ta' dawn id-dispożizzjonijiet.

5)

ikun familjari mar-regoli applikabbli għall-kwalifiki inizjali u t-taħriġ kontinwu tax-xufiera, u b'mod partikolari dawk li jitnisslu mid-Direttiva 2003/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2003 dwar il-kwalifika inizjali u taħriġ perjodiku ta' sewwieqa ta' ċerti vetturi tat-triq għat-trasport ta' prodotti jew passiggieri  (3).

D.   Dritt fiskali

It-trasport tal-merkanzija bit-triq u t-trasport tal-passiġġieri bit-triq

B'mod partikolari, l-applikant għandu jkun familjari mar-regoli li jirregolaw:

1)

il-VAT fuq is-servizzi tat-trasport;

2)

it-taxxa fuq il-vetturi bil-mutur;

3)

it-taxxi fuq ċerti vetturi għat-trasport tal-merkanzija bit-triq u ħlasijiet għall-użu tat-toroq u għall-utenti tal-infrastruttura;

4)

it-taxxa fuq id-dħul.

E.   Il-ġestjoni kummerċjali u finanzjarja tal-impriża

It-trasport tal-merkanzija bit-triq u t-trasport tal-passiġġieri bit-triq

B'mod partikolari, l-applikant għandu:

1)

ikun familjari mal-liġijiet u l-prattiċi fir-rigward tal-użu taċ-ċekkijiet, kambjali, ċedoli, karti ta' kreditu u mezzi jew metodi oħrajn ta' ħlas;

2)

ikun familjari mal-forom varji ta' kreditu (kreditu tal-bank, kreditu dokumentarju, depożiti ta' garanzija, ipoteki, kuntratti ta' kera, kiri, factoring eċċ.) u mal-ħlasijiet u l-obbligi li joħorġu minnhom;

3)

ikun jaf x'inhi karta ta' bilanċ, kif inhi mqassma u kif għandha tkun interpretata;

4)

ikun kapaċi jaqra u jinterpreta kont ta' qligħ u telf;

5)

ikun kapaċi jagħmel stima tal-profitt u l-pożizzjoni finanzjarja, b'mod partikolari fuq il-bażi ta' proporzjonijiet finanzjarji;

6)

ikun kapaċi jipprepara baġit;

7)

ikun familjari mal-elementi ta' spejjeż tal-impriża tiegħu (spejjeż fissi, spejjeż varjabbli, kapital tax-xogħol, deprezzament eċċ.), u jkun kapaċi jikkalkola l-ispejjeż ta' kull vettura, ta' kull kilometru, ta' kull vjaġġ jew ta' kull tunnellata;

8)

ikun kapaċi jfassal organigramma dwar il-persunal tal-impriża fit-totalità tagħha u jorganizza pjanijiet ta' xogħol, eċċ.;

9)

ikun familjari mal-prinċipji tal-marketing, tar-reklamar u tar-relazzjonijiet pubbliċi, inklużi s-servizzi tat-trasport, il-promozzjoni tal-bejgħ u l-preparazzjoni ta' fajls tal-klijenti, eċċ.;

10)

ikun familjari mat-tipi differenti ta' assigurazzjoni ta' trasport bit-triq (responsabbiltà, korriment minn inċident/assigurazzjoni fuq il-ħajja, assigurazzjoni mhux fuq il-ħajja u fuq bagalji) u mal-garanziji u l-obbligi li joħorġu minnhom;

11)

ikun familjari mal-applikazzjonijiet ta' trasmissjoni ta' data elettronika fit-trasport bit-triq.

It-trasport tal-merkanzija bit-triq

12)

ikun kapaċi japplika r-regoli dwar il-ħruġ ta' fatturi għal servizzi ta' trasport ta' merkanzija bit-triq u jkun jaf it-tifsira u l-implikazzjonijiet tal-Incoterms;

13)

ikun familjari mal-kategoriji differenti ta' awżiljari tat-trasport, ir-rwol tagħhom, il-funzjoni tagħhom u, fejn xieraq, l-istatus tagħhom;

It-trasport bit-triq tal-passiġġieri

14)

ikun kapaċi japplika r-regoli dwar it-tariffi u prezzijiet fit-trasport pubbliku u privat tal-passiġġieri;

15)

ikun kapaċi japplika r-regoli dwar il-ħruġ ta' fatturi għas-servizzi ta' trasport bit-triq tal-passiġġieri.

F.   L-aċċess għas-suq

It-trasport tal-merkanzija bit-triq u t-trasport tal-passiġġieri bit-triq

B'mod partikolari, l-applikant għandu:

1)

ikun familjari mar-regolamenti tax-xogħol li jirregolaw it-trasport bit-triq għal kiri jew benefiċċju, mal-kiri ta' vetturi industrijali u l-għoti ta' sottokuntratti, u b'mod partikolari mar-regoli dwar l-organizzazzjoni uffiċjali tal-impjieg, id-dħul għall-impjieg, l-awtorizzazzjonijiet ta' operazzjonijiet ta' trasport bit-triq intra- jew extra-Komunitarju, spezzjonijiet u sanzjonijiet;

2)

ikun famijari mar-regoli għall-istabbiliment ta' impriża tat-trasport bit-triq;

3)

ikun familjari mad-dokumenti varji rekwiżiti għall-operazzjoni tas-servizzi tat-trasport bit-triq u jkun kapaċi jintroduċi proċeduri ta' kontroll li jiżguraw li d-dokumenti approvati dwar kull operazzjoni tat-trasport, u b'mod partikolari dawk dwar il-vettura, ix-xufier, l-oġġetti u l-bagalji jinżammu kemm fil-vettura u kemm fil-bini tal-impriża.

It-trasport tal-merkanzija bit-triq

4)

ikun familjari mar-regoli dwar l-organizzazzjoni tas-suq tat-trasport tal-merkanzija bit-triq, dwar il-ġestjoni u l-loġistika tat-trasport tal-merkanzija;

5)

ikun familjari mal-formalitajiet tal-fruntiera, ir-rwol u l-ambitu tad-dokumenti T u carnets TIR, u l-obbligi u r-responsabbiltajiet li joħorġu mill-użu tagħhom.

It-trasport bit-triq tal-passiġġieri

6)

ikun familjari mar-regoli dwar l-organizzazzjoni tas-suq fit-trasport tal-passiġġieri;

7)

ikun familjari mar-regoli għall-introduzzjoni ta' servizzi tat-trasport bit-triq tal-passiġġieri u jkun kapaċi jfassal pjanijiet għat-trasport.

G.   L-istandards tekniċi u aspetti tekniċi tal-operazzjoni

It-trasport tal-merkanzija bit-triq u t-trasport tal-passiġġieri bit-triq

B'mod partikolari, l-applikant għandu:

1)

ikun familjari mar-regoli dwar il-piżijiet u l-qisien tal-vetturi fl-Istati Membri u l-proċeduri li għandhom ikunu segwiti fil-każ ta' tagħbijiet eċċezzjonali li jikkostitwixxu deroga għal dawn ir-regoli;

2)

ikun kapaċi jagħżel vetturi u l-komponenti tagħhom (ix-xażi, il-magna, is-sistema ta' trasmissjoni, is-sistema ta' brejkijiet, eċċ.) skond il-ħtiġijiet tal-impriża;

3)

ikun familjari mal-formalitajiet dwar it-tip ta' approvazzjoni, reġistrazzjoni u spezzjoni teknika ta' dawn il-vetturi;

4)

ikun jifhem x'miżuri għandhom jittieħdu għat-tnaqqis tat-tniġġis akustiku u għall-ġlieda kontra t-tniġġis tal-arja mid-dħaħen tal-exhaust ta' vetturi bil-mutur;

5)

ikun kapaċi jfassal pjanijiet ta' manutenzjoni perjodika għall-vetturi u t-tagħmir tagħhom.

It-trasport tal-merkanzija bit-triq

6)

ikun familjari mat-tipi differenti ta' tmexxija ta' tagħbija u ta' għodda ta' tagħbija (tailboards, kontenituri, paletti, eċċ.) u jkun kapaċi jintroduċi proċeduri u joħroġ istruzzjonijiet għat-tagħbija u l-ħatt ta' oġġetti (tqassim tat-tagħbija, stacking, stivar, blocking u chocking, eċċ.);

7)

ikun familjari ma' tekniċi varji ta' piggy-back (fuq id-dahar/spallejn) u trasport ikkombinat ta' roll-on roll-off;

8)

ikun kapaċi jimplimenta proċeduri biex wieħed ikun konformi mar-regoli tal-ġarr ta' oġġetti u skart perikolużi, partikolarment dawk li jirriżultaw mid-Direttiva 94/55/KE (4), id-Direttiva tal-Kunsill 96/35/KE (5), u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 259/93 (6);

9)

ikun kapaċi jimplimenta proċeduri biex wieħed ikun konformi mar-regoli tal-ġarr ta' oġġetti tal-ikel li jitħassru, partikolarment dawk li joħorġu mill-Ftehim dwar il-Trasport Internazzjonali ta' Oġġetti tal-Ikel li Jitħassru u dwar it-Tagħmir Speċjali li għandu jintuża għall-trasport bħal dan (ATP);

10)

ikun kapaċi jimplimenta proċeduri biex wieħed jikkonforma mar-regoli tat-trasport ta' annimali ħajjin.

H.   Is-sikurezza fit-toroq

It-trasport tal-merkanzija bit-triq u t-trasport tal-passiġġieri bit-triq

B'mod partikolari, l-applikant għandu:

1)

ikun jaf xi kwalifiki huma meħtieġa għax-xufiera (liċenzja tas-sewqan, ċertifikati mediċi, ċertifikati ta' kundizzjoni ta' saħħa tajba, eċċ.);

2)

ikun kapaċi li jieħu l-passi meħtieġa biex ikun żgurat li x-xufiera jikkonformaw mar-regoli tat-traffiku, projbizzjonijiet u restrizzjonijiet fis-seħħ fi Stati Membri differenti (limiti ta' velocità, prijoritajiet, restrizzjonijiet ta' stennija u pparkjar, użu tad-dwal, sinjali tat-triq, eċċ.);

3)

ikun kapaċi jikteb struzzjonijiet lix-xufiera għall-kontroll tal-konformità tagħhom mar-rekwiżiti ta' sikurezza dwar il-kundizzjoni tal-vetturi, it-tagħmir tagħhom u t-tagħbija, u dwar miżuri preventivi li għandhom jittieħdu;

4)

ikun kapaċi jistabbilixxi proċeduri li għandhom jiġu segwiti fil-każ ta' inċident u biex jiġu implimentati proċeduri xierqa biex jimpedixxu ir-rikorrenza ta' inċidenti jew ksur serju tat-traffiku;

5)

ikun kapaċi jimplimenta proċeduri għall-irbit tajjeb tal-oġġetti u jkun familjari mat-teknika korrispondenti.

It-trasport bit-triq tal-passiġġieri

6)

ikollu għarfien bażiku tal-pjan tan-netwerk tat-toroq fl-Istati Membri.

II.   L-ORGANIZZAZZJONI TAL-EŻAMI

1.

L-Istati Membri għandhom jorganizzaw eżami bil-miktub obbligatorju li huma jistgħu jissupplementaw b'eżami orali fakultattiv biex jistabbilixxu jekk operaturi applikanti tat-trasport bit-triq kisbux il-livell ta' għarfien fis-suġġetti elenkati fil-parti I, b'mod partikolari, il-kapaċità tagħhom li jużaw strumenti u tekniċi li għandhom x'jaqsmu magħhom u li jissodisfaw id-dmirijiet korrispondenti eżekuttivi u ta' koordinament.

(a)

L-eżami obbligatorju bil-miktub għandu jkun fih żewġ testijiet, li huma:

mistoqsijiet bil-miktub li jikkonsistu jew minn mistoqsijiet multipli (kull waħda b'erba' tweġibiet possibbli), mistoqsijiet li jirrekjedu tweġibiet diretti jew taħlita taż-żewġ sistemi,

eżerċizzji bil-miktub/studji ta' każijiet.

It-tul ta' żmien minimu ta' kull eżami huwa ta' sagħtejn.

(b)

F'każ li jiġi organizzat eżami orali, l-Istati Membri jistgħu jistipulaw li l-parteċipazzjoni tkun suġġetta għall-kompletar b'suċċess tal-eżami bil-miktub.

2.

Meta l-Istati Membri jorganizzaw ukoll eżami orali, huma għandhom jipprovdu, fir-rigward ta' kull wieħed mit-tliet eżamijiet, għal piż ta' punti ta' minimu ta' 25 % u massimu ta' 40 % tan-numru totali tal-punti li se jingħataw.

Fejn l-Istati Membri jorganizzaw biss eżami bil-miktub huma għandhom jipprovdu, fir-rigward ta' kull eżami, għal piż ta' punti ta' minimu ta' 40 % u massimu ta' 60 % tan-numru totali tal-punti li se jingħataw.

3.

Fir-rigward tal-eżamijiet kollha, l-applikanti għandhom jiksbu medja ta' mill-inqas 60 % tan-numru totali tal-punti li se jingħataw, filwaqt li jiksbu f'kull test speċifiku mhux inqas minn 50 % tan-numru totali ta' punti possibbli. F'eżami wieħed biss, Stat Membru jista' jnaqqas dak il-punt minn 50 % għal 40 %.


(1)  ĠU L 199, 31.7.1985, p. 56.

(2)  ĠU L 80, 23.3.2002, p. 35.

(3)  ĠU L 226, 10.9.2003, p. 4.

(4)  Id-Direttiva tal-Kunsill 94/55/KE tal-21 ta' Novembru 1994 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri fir-rigward tat-trasport tal-merkanzija perikoluża bit-triq (ĠU L 319, 12.12.1994, p. 7.).

(5)  Id-Direttiva tal-Kunsill 96/35/KE tat-3 ta' Ġunju 1996 fuq il-ħatra u l-kwalifiki vokazzjonali ta' konsulenti dwar is-sigurtà għat-traspost ta' merkanzija perikoluża bit-triq, bil-ferrovija u bil-passaġġi fuq l-ilma interni (ĠU L 145, 19.6.1996, p. 10.).

(6)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 259/93 tal-1 ta' Frar 1993 dwar is-superviżjoni u l-kontroll ta' vjaġġi bil-baħar ta' skart fi, għal u mill-Komunità Ewropea (ĠU L 30, 6.2.1993, p. 1.) Imħassar bir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 (ĠU L 190, 12.7.2006, p. 1.).

ANNESS II

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS III

Il-lista ta' tipi ta' ksur imsemmija fl-Artikolu 6.2.(a) hija kif ġej:

1.

(a)

Qbiż tal-limiti taż-żmien massimi tas-sewqan ta' sitt ijiem jew ta' kull ħmistax b'marġni ta' 25 % jew iktar.

(b)

Qbiż tal-limitu taż-żmien massimu tas-sewqan ta' kuljum, matul perjodu tax-xogħol ta' kuljum, b'marġni ta' 50 % jew iktar mingħajr waqfa mix-xogħol jew perjodu ta' mistrieħ mingħajr ebda interruzzjoni millinqas ta' 4.5 sigħat.

2.

Ma jista' jiġi installat ebda takografu u/jew tagħmir li jillimita l-veloċità u ma jista' jintuża ebda apparat qarrieqi li jista' jimmodifika r-reġistri tat-tagħmir ta' reġistrazzjoni u/jew tat-tagħmir li jillimita l-veloċità u ma tista' ssir ebda falsifikazzjoni […] tad-dokumenti tar-reġistri jew tad-data li jitniżżlu mit-takografu u/jew mill-kard tas-sewwieq.

3.

Sewqan mingħajr ma jkun sar test validu li l-vettura hi tajba għas-sewqan jew meta l-vettura jkollha difett serju ħafna, fost affarijiet oħrajn, fis-sistema tal-brejkijiet, fil-konnessjonijiet tal-istering, fir-roti/fit-tajers, fis-suspenxin jew fix-xażi, li jista' joħloq riskju immedjat għas-sigurtà fit-triq, riskju li jista' jwassal għal deċiżjoni ta' immobilizzazzjoni tal-vettura.

4.

It-trasport ta' merkanzija perikoluża li hija projbita milli tiġi ttrasportata, jew merkanzija perikoluża li tinġarr mingħajr ma jitwaħħal kartellun jew mingħajr ma tiġi mmarkata l-vettura kif meħtieġ.

5.

It-trasport ta' passiġġieri jew ta' merkanzija mingħajr ma wieħed ikollu liċenzja valida tas-sewqan jew trasport bħal dan li jsir minn impriża li m'hijiex detentriċi ta' Liċenzja Komunitarja valida.

6.

Sewwieq li jagħmel użu minn kard tas-sewwieq li tkun ġiet iffalsifikata, li m'huwiex id-dententur tagħha jew li nkisbet fuq il-bażi ta' dokumenti foloz u/jew dokumenti ffalsifikati.

7.

It-trasport ta' merkanzija billi jinqabeż il-piż massimu permissibbli b'20 % jew aktar.


Alkuun