Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008AP0167

Programmi Ewropej ta' radjunavigazzjoni bis-satellita (EGNOS u Galileo)
***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat- 23 ta' April 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-segwitu għall-implimentazzjoni tal-programmi Ewropej ta' radjunavigazzjoni bis-satellita (EGNOS u Galileo) (COM(2007)0535 — C6-0345/2007 — 2004/0156(COD))
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit- 23 ta' April 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru …/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-segwitu għall-implimentazzjoni tal-programmi Ewropej ta' navigazzjoni bis-satellita (EGNOS u Galileo)

ĠU C 259E, 29.10.2009, pp. 123–126 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 259/123


Programmi Ewropej ta' radjunavigazzjoni bis-satellita (EGNOS u Galileo) ***I

P6_TA(2008)0167

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' April 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-segwitu għall-implimentazzjoni tal-programmi Ewropej ta' radjunavigazzjoni bis-satellita (EGNOS u Galileo) (COM(2007)0535 — C6-0345/2007 — 2004/0156(COD))

(2009/C 259 E/26)

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari — referenza mill-ġdid)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta emendata tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0535),

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2004)0477)

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari tas-6 ta' Settembru 2005 (1),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 156 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ressqet il-proposta mill-ġdid lill-Parlament (C6- 0345/2007),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Ġunju 2007 dwar il-finanzjament tal-programm Ewropew ta' radjunavigazzjoni bis-satellita (Galileo) fil-kuntest tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 u l-qafas finanzjarju plurijennali 2007-2013 (2),

wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni tas-17 ta' Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja tajba (3) kif emendata mid-Deċiżjoni 2008/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2007 (4), fir-rigward tal-qafas finanzjarju multiannwali,

wara li kkunsidra l-Artikoli 51 u 55(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits u tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0144/2008),

1.   Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.   Jikkunsidra li l-pakkett finanzjarju indikat fil-proposta leġiżlattiva huwa kompatibbli mal-limitu għall-approprjazzjonijiet ta' impenn taħt is-subintestatura 1a tal-qafas finanzjarju multiannwali 2007-2013 kif emendat mid-Deċiżjoni 2008/29/KE u jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-ammont annwali ser jiġi deċiż fi ħdan il-proċedura baġitarja annwali skond id-dispożizzjonijiet tal-punt 37 tal-IIA;

3.   Japprova d-dikjarazzjoni konġunta mehmuża hawn, li se tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea flimkien mal-att finali leġiżlattiv;

4.   Jiġbed l-attenzjoni għall-istqarrijiet tal-Kummissjoni mehmuża hawn;

5.   Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

6.   Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 193 E, 17.8.2006, p. 61.

(2)  Testi Adottati, P6_TA(2007)0272.

(3)  ĠU L 6, 10.1.2008, p. 7.

(4)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.


P6_TC1-COD(2004)0156

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-23 ta' April 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru …/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-segwitu għall-implimentazzjoni tal-programmi Ewropej ta' navigazzjoni bis-satellita (EGNOS u Galileo)

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel/fit-tieni qari jaqbel mal-att leġiżlattiv finali, r-Regolament (KE) Nru 683/2008.)

ANNESS

DIKJARAZZJONI KONĠUNTA MILL-PARLAMENT EWROPEW, MILL-KUNSILL U MILL-KUMMISSJONI EWROPEA DWAR IL-“PANEL INTERISTITUZZJONALI GALILEO (GIP)”

1.   Minħabba l-importanza, il-karatteristika unika u l-kumplessità tal-programmi Ewropej GNSS, is-sjieda tal-Komunità tas-sistemi li jirriżultaw mill-programmi, u l-finanzjament sħiħ tal-baġit tal-Komunità tal-programmi għall-perjodu 2008-2013, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni Ewropea jirrikonoxxu l-bżonn ta' koperazzjoni mill-qrib tat-tliet istituzzjonijiet.

2.   Il-Panel Interistituzzjonali Galileo (GIP) se jilħaq l-objettiv li jiffaċilita kull istituzzjoni tal-Komunità fit-twettiq tar-responsabilità rispettiva tagħha. Għal dan il-għan, il-GIP se jitwaqqaf sabiex isegwi mill-qrib:

(a)

il-progress dwar l-implimentazzjoni tal-programmi Ewropej GNSS, b'mod partikulari fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-ftehimiet ta' akkwisti u ta' kuntratti, b'mod partikulari fir-rigward tal-ESA;

(b)

il-Ftehimiet Internazzjonali ma' pajjiżi terzi mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 300 tat-Trattat;

(c)

it-tħejjija tas-swieq tan-navigazzjoni bis-satellita;

(d)

l-effettività tal-arranġamenti ta' governanza; u

(e)

ir-reviżjoni annwali tal-programm ta' ħidma.

3.   Skond ir-regoli eżistenti, il-GIP se jirrispetta l-ħtieġa ta' diskrezzjoni b'mod partikulari fid-dawl tal-kunfidenzjalità fin-negozju u n-natura sensittiva ta' ċerta data.

4.   Il-Kummissjoni se tagħti kont tal-fehmiet espressi mill-GIP.

5.   Il-GIP se jkun magħmul minn seba' rappreżentanti, li minnhom:

3 jkunu mill-Kunsill

3 mill-PE

1 mill-Kummissjoni,

u se jiltaqa' fuq bażi regolari (fil-prinċipju 4 darbiet kull sena).

Il-GIP ma jaffettwax ir-responsabbiltajiet jew ir-relazzjonijiet interistituzzjonali stabbiliti.

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea rigward l-involviment tal-GIP fi ftehimiet internazzjonali

Dwar il-ftehimiet internazzjonali, il-Kummissjoni se tinforma lill-GIP sabiex dan ikun jista' jsegwi mill-qrib il-ftehimiet internazzjonali ma' pajjiżi terzi f'konformità mal-Ftehim ta' Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Kummissjoni u l-Parlament Ewropew tas-26 ta' Mejju 2005 u Ftehimiet futuri relatati u mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 300 tat-Trattat.

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar it-tnedija ta' studji dwar l-isfruttar tas-sistema Galileo

Fid-dawl tal-istedina mill-Kunsill sabiex fl-2010, tiġi pprovduta l-proposta prevista fl-Artikolu 4 paragrafu 3, tar-Regolament dwar il-fażi ta' sfruttar tal-programmi, b'mod partikulari fir-rigward tal-finanzjament, il-politika ta' pprezzar u l-mekkaniżmu għall-kondiviżjoni tad-dħul, il-Kummissjoni għandha tniedi l-istudji preliminari meħtieġa mill-2008 u tul l-2009, b'konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-Trasport tad-29 u t-30 ta' Novembru 2007.

B'mod partikulari, dawn l-istudji għandhom iwettqu analiżi tal-possibilitajiet għall-involviment tas-settur privat fil-ġestjoni tal-fażi ta' sfruttar tal-programmi lil hinn mill-2013, kif ukoll il-modalitajiet għal dan l-involviment potenzjali, b'mod partikulari dawk ta' Sħubija bejn is-settur Pubbliku u dak Privat.

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-ħolqien ta' grupp ta' esperti ta' sigurtà (“Il-Bord tas-Sigurtà GNSS”)

Sabiex ikunu implimentati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 10a paragrafu 1 tar-Regolament u sabiex jiġu eżaminati l-kwistjonijiet relatati mas-sigurtà tas-sistemi, il-Kummissjoni bi ħsiebha toħloq grupp ta' esperti magħmul minn rappreżentanti mill-Istati Membri.

Il-Kummissjoni se tiżgura li dan il-grupp ta' esperti għandu:

ikun magħmul minn rappreżentant wieħed ta' kull Stat Membru u rappreżentant wieħed mill-Kummissjoni;

ikun taht il-presidenza tar-rappreżentant tal-Kummissjoni;

jadotta r-regoli ta' proċeduri tiegħu li jipprevedu, inter alia, l-adozzjoni tal-opinjonijiet permezz ta' kunsens u dispożizzjoni għall-esperti sabiex iqajmu kwalunkwe kwistjoni rilevanti relatata mas-sigurtà tas-sistemi;

Fl-eżerċizzju tar-responsabilitajiet tagħha, il-Kummissjoni għandha tagħti kont sħiħ tal-opinjonijiet tal-grupp ta' esperti u timpenja ruħha li tikkonsultah, inter alia, qabel tiddefinixxi r-rekwiżiti ewlenin għas-sigurtà tas-sistemi kif stipulat fl-Artikolu 10a tar-Regolament.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li:

ir-rappreżentanti tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-GNSS, l-Aġenzija Spazjali Ewropea, u kif ukoll l-SG/HR għandhom ikunu involuti bħala osservaturi fil-ħidma tal-grupp ta' esperti skond il-kundizzjonijiet imniżżla fir-regoli ta' proċedura tiegħu;

ftehimiet konklużi mill-Komunità Ewropea jistgħu jipprevedu għall-parteċipazzjoni ta' rappreżentanti ta' pajjiżi terzi fil-ħidma tal-grupp ta' esperti skond il-kundizzjonijiet stipulati fir-regoli ta' proċedura tiegħu.

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-ħatra ta' tim indipendenti ta' esperti

Sabiex id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 10 paragrafu 3 tar-Regolament jiġu applikati sew, il-Kummisjoni bi ħsiebha li:

taħtar tim ta' esperti indipendenti għall-ġestjoni tal-proġetti;

bħala parti mill-ħidmiet tiegħu, iqabbad lit-tim biex jirrevedi l-implimentazzjoni tal-programmi bil-għan li jagħmel rakkomandazzjonijiet xierqa b'mod partikulari fir-rigward tal-ġestjoni tar-riskju;

tikkomunika dawn ir-rakkomandazzjonijiet fuq bażi regolari lill-Kumitat stabbilit fir-Regolament.

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-inetrpretazzjoni tal-Artikolu 12a paragrafu 3c

L-Artikolu 12a paragrafu 3c jistabbilixxi l-prinċipju li mill-inqas 40 % tal-valur aggregat tal-attivitajiet għandu jiġi sottokuntrattat permezz ta' sejħiet għal offerti kompetittivi fuq diversi livelli lil kumpaniji minbarra lil dawk il-kumpaniji li jappartjenu għal gruppi li l-entitajiet tagħhom se jkunu kuntratturi ewlenin ta' kwalunkwe pakkett ta' ħidma ewlenija.

Il-Kummissjoni, matul il-proċess sħiħ ta' sejħa għall-offerti, se żżomm dan taħt skrutinju u reviżjoni stretta, u se tinforma lill-GIP u lill-Kumitat tal-GNSS dwar l-issodisfar ta' dan ir-rekwiżit u dwar l-impatt globali tagħha fuq il-programm.

Jekk, f'dan il-proċess, il-projezzjonijiet juru li l-limitu minimu ta' 40 % ma jistax jintlaħaq, il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri xierqa skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 12a paragrafu 3c.


Top