Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009XC0929(04)

    Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

    ĠU C 234, 29.9.2009, p. 15–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.9.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 234/15


    Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

    2009/C 234/07

    Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt għat-tressiq ta’ oġġezzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006. L-istqarrijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni Ewropea fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.

    SOMMARJU

    IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

    “NIEHEIMER KÄSE”

    Nru tal-KE: DE-PGI-0005-0530-14.03.2006

    DPO ( ) IĠP ( X )

    Dan is-sommarju jagħti l-elementi ewlenin tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott għal finijiet ta’ informazzjoni.

    1.   Dipartiment responsabbli tal-Istat Membru:

    Isem:

    Bundesministerium der Justiz

    Indirizz:

    Mohrenstrasse 37

    10117 Berlin

    DEUTSCHLAND

    Tel.

    +49 3020259333

    Feks

    +49 3020258251

    Posta elettronika:

    2.   Għaqda:

    Isem:

    Verein Schutzgemeinschaft Nieheimer Käse

    Indirizz:

    c/o Käserei Pott

    Untere Mauerstrasse 32

    33039 Nieheim

    DEUTSCHLAND

    Tel.

    +49 5274472

    Feks

    +49 5274953778

    Posta elettronika:

    menne.thomas.nieheim@t-online.de

    Kompożizzjoni:

    Produtturi/proċessuri ( X ) oħrajn ( )

    3.   Tip ta' prodott:

    Klassi 1.3:

    Ġobon

    4.   Speċifikazzjoni:

    (Sommarju tar-rekwiżiti skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

    4.1.   Isem:

    “Nieheimer Käse”

    4.2.   Deskrizzjoni:

    In-Nieheimer Käse huwa ġobon b’kontenut baxx ta’ xaħam, b’valur għoli ta’ proteini, magħmul mill-ħalib qares.

    Estern: Minn barra, il-ġobna hija lixxa u mingħajr tikmix. Il-lewn huwa safrani sa griż ħadrani. Il-ġobna tista’ tkun miksija bil-weraq tal-ħops (jekk dan ikun il-każ, normalment ikun hemm referenza korrispondenti fil-kuntest tad-deskrizzjoni).

    Intern: L-intern tal-ġobna maqtugħa huwa lixx, magħqud, b’lewn uniformi u tista’ tkun imferrxa fih iż-żerriegħa tal-ħlewwa. Biċċiet żgħar tal-quark mhux maturati ma jikkorrispondux mad-dehra mixtieqa. Il-konsistenza tal-laħma tal-ġobna tista’ tvarja, milli tkun biżżejjed biex il-ġobna tinqata’ għal li tkun tajba għall-ħakk.

    Aroma u togħma: It-togħma hija nadifa u pikkanti, u skont it-taħwir, b’laqtiet ta’ ħlewwa.

    Għamla, daqs u piż: Il-ġobna tipikament ikollha għamla ċilindrika b’dijamentru ta’ bejn 4.0 u 4,5 cm, għoli ta’ bejn 2,0 u 2.5 cm u piż bejn 32 u 37 g. Jista’ jkun hemm varjazzjonijiet.

    Kompożizzjoni: In-Nieheimer Käse huwa prodott mill-ingredjenti quark tal-ħalib xkumat u melħ tat-tisjir, u jinbiegħ f’konsistenza li tvarja bejn milli tkun biżżejjed biex il-ġobna tinqata’ għal li tkun tajba għall-ħakk. Il-ġobon jista’ wkoll ikun fiħ żerriegħa tal-ħlewwa. Huwa u jimmatura, jonqos il-kontenut tal-ilma fil-ġobon, u l-materjal tal-kontenut ivarja skont dan.

    Il-kompożizzjoni u l-ingredjenti tan-Nieheimer Käse għaldaqstant huma definiti mill-istabbiliment tal-parametri għall-prodott quark tal-ħalib qares, li minnu jsir il-ġobon. Il-quark tal-ħalib qares li jintuża huwa quark tal-ħalib xkumat u għandu tal-anqas 33 % kontenut ta’ sustanza niexfa, valur pH bejn 3.9 u 4.3 u kontenut ta’ xaħam ta’ anqas minn 1 % tal-massa friska. Fil-prodott finali minn dan jirriżulta eż. f’kontenut ta’ sustanza niexfa bejn 45 u 46 % (konsistenza magħqud abiżżejjed biex tinqata’) kontenut ta’ xaħam fis-sustanza niexfa (imnaddfa) ta’ madwar 1,5 sa 1,6 %. Il-kontenut ta’ xaħam (il-metodu Schmid-Bondsynski-Ratzlaff) b’hekk ikun madwar 0,7 %. Il-kontenut ta’ sustanza niexfa fil-ġobon b’konsistenza tajba għall-ħakk hija madwar 60 % jew aktar. Meta jintuża l-quark niexef deskritt hawn fuq, il-kontenut ta’ xaħam tan-Nieheimer Käse lest għall-bejgħ dejjem ikun anqas minn 1 %.

    Il-maturazzjoni tan-Nieheimer Käse tibbaża esklussivament fuq il-kulturi tal-batterji u tal-ħmira tal-quark qares, bla żieda ta’ kulturi oħra tal-maturazzjoni. In-Nieheimer Käse b’dan jiddistingwi ruħu mill-ġobniet l-oħra tal-ħalib qares.

    4.3.   Żona ġeografika:

    L-inħawi tal-lokalità ta’ Nieheim jikkostitwixxu ż-żona tal-produzzjoni tan-Nieheimer Käse.

    Il-ħalib u l-quark niexef li jintużaw fil-produzzjoni tan-Nieheimer Käse jistgħu joriġinaw minn barra din iż-żona.

    4.4.   Prova tal-oriġini:

    Kif jaslu fl-istabbiliment tal-produzzjoni, l-ingredjenti meħtieġa għall-produzzjoni tan-Nieheimer Käse jiġu eżaminati u rreġistrati f'listi mill-maniġer tal-istabbiliment, mill-membru tal-persunal li huwa responsabbli għall-kwalità jew min jaġixxi minfloku. Barra minn hekk, il-folji tal-kunsinna jinżammu għal kull lott li jidħol. Mat-tluq tal-prodott finali mill-istabbiliment ta’ produzzjoni, id-dejta tinżamm permezz tal-folji tal-kunsinna, b’tali mod li tkun tista’ tibqa’ ssir rabta mal-materja prima rispettiva.

    L-immarkar li jippermetti l-prova tal-oriġini (il-marka tal-lott tal-produzzjoni) isir waqt ittikkettar tal-produzzjoni permezz ta’ marka korrispondenti fuq l-imballaġġ tal-prodott jew fuq dokument li jakkumpanja l-prodotti. F’dak li jirrigwarda l-marki tal-lottijiet tan-Nieheimer Käse, lott jikkorrispondi għall-produzzjoni ta’ ġurnata waħda.

    4.5.   Metodu ta' produzzjoni:

    Il-ġobon isir minn quark niexef (ta’ produzzjoni proprja jew mixtri) li jkollu l-parametri ta’ kwalità li ġejjin: tal-anqas 33 % kontenut ta’ sustanza niexfa, valur pH bejn 3.9 u 4.3, anqas minn 1 % kontenut ta’ xaħam tal-massa friska. Il-quark niexef jinkiseb 100 % minn ħalib xkumat tal-baqra. L-ewwel nett jingħadd minn magna li tqattgħu biċċet żgħar u jitqiegħed f’kaxex. Din il-massa ta’ quark imbagħad titqiegħed f’kamra għall-maturazzjoni. It-tul tal-proċess ta’ maturazzjoni jiddependi mit-temperatura u mill-grad ta’ ndewwa, u jista’ jvarja bejn 3 u 5 ġranet. Il-quark ikun maturat kollu meta l-massa jkollha lewn safrani. L-aħjar waqt għall-kumplament tal-ipproċessar jistabbilixxuh il-persuni msemmija hawn fuq, viżwalment u b’eżami sensorjali. Mal-massa mbagħad jiżdiedu l-melħ tat-tisjir (2,5 – 3,5 %) u possibbilment iż-żerriegħa tal-ħlewwa (0,01 – 0,03), u l-massa titħallat għal biżżejjed ħin biex tintlaħaq distribuzzjoni uniformi. Il-massa mbagħad tiġi ffurmata f’rombli b’dijametru ta’ bejn 4,0 sa 4,5 cm, u wara tinqata' f'porzjonijiet wesgħin 2,0 – 2,5 cm l-waħda. Kull ġobna individwali mbagħad titqiegħed biex tibred fuq tilar. Wara dan, il-ġobna tiġi ppakkjata b’tali mod li l-arja tkun tista’ tgħaddi, minħabba li biss b’hekk tkun tista’ tieħu n-nifs u tinxef bil-mod. Barra minn hekk, il-ġobna tista’ tinkesa b’saff protettiv ta’ weraq tal-ħops. F’dan il-każ, soltu li tingħata indikazzjoni dwar din is-sura ta' pakkeġġar jew preżentazzjoni.

    4.6.   Konnessjoni maż-żona ġeografika:

    Il-ħalib jiqras meta jitħalla fix-xemx jew ħdejn nar jaqbad. Sa minn qabel it-twelid ta’ Kristu, fil-Ġermanja diġà kienu dehru l-ewwel ġobniet tal-ħalib qares, bl-azzjoni konġunta tas-sħana u l-batterji tal-qrusa tal-ħalib. Il-ġobniet tal-ħalib qares huma fost il-ftit tipi ta’ ġobon b’oriġini fil-Ġermanja tal-qedem. Il-produzzjoni ta’ diversi ġobniet tal-ħalib qares għandha tradizzjoni twila f’bosta nħawi tal-Ġermanja. Fiż-żona ta’ Nieheim, sa mill-bidu tas-seklu 19 in-Nieheimer Käse kien żvilupa bħala speċjalità lokali, distint minn tipi oħra ta’ ġobon tal-ħalib qares kemm fil-produzzjoni kif ukoll fil-maturazzjoni.

    In-Nieheimer Käse huwa speċjalità reġjonali tradizzjonali magħrufa lil hinn mir-reġjun, u li tgawdi fama tajba ħafna. Il-produzzjoni tan-Nieheimer Käse tissejjes fuq mijiet ta’ snin ta’ tradizzjoni tal-ġobon fost il-bdiewa ta’ Nieheim u l-inħawi. Ir-riċetti u l-esperjenza tal-produzzjoni artiġanali tal-ġobon ingħaddew fil-familji minn ġenerazzjoni għall-oħra. Fil-qofol hemm il-metodu tal-produzzjoni, li fih il-quark niexef l-ewwel jintaħan u biss wara dan jitqiegħed f’reċipjenti, qabel ma jingħata l-forma. F’Nieheim, it-tradizzjoni tal-ġobon, li għadha ħajja sal-lum, tesprimi ruħha wkoll fis-swieq tal-ġobon, li ilhom jiġu organizzati fil-belt mill-għoxrinijiet u t-tletinijiet tas-seklu li għadda. Sa mis-sena 1857 insibu deskrizzjoni tal-ġobon ta’ Nieheim u tifħir tal-kwalità tiegħu fil-gazzetta agrikola lokali ta’ Westfalen-Lippe (ara Landwirtschaftliche Zeitung für Westfalen-Lippe; XIV 1857; kolonni 179-181: Die Käsefabrikation auf Gut “Externbrock” bei Nieheim in Westfalen).

    Aktar referenzi għan-Nieheimer Käse jinsabu fil-Handbuch der Käsereitechnik (H. von Klenze; Verlag M. Heinsius; 1884, p. 586 ff.) Hawnhekk jingħad li n-Nieheimer Käse joriġina mill-inħawi tal-belt ta’ Nieheim fil-Westfalen. F’Die Warte (Nr. 5/1934, Georg Hilka “Aus der heimischen Wirtschaft: Die Zubereitung des weit bekannten Nieheimer Käse”) jingħad li n-Nieheimer Käse huwa prodott lokali ta’ Nieheim, li ilu jeżisti mijiet ta’ snin. Fil-Molkerei- und Käsereizeitung (Hildesheim, 5/1965, p. 173) jingħad li l-produzzjoni tan-Nieheimer Käse hija kkonċentrata b’mod speċjali fil-lokalità ta’ Nieheim u fl-inħawi tagħha.

    4.7.   Korp ta' spezzjoni:

    Isem:

    Landesamt für Ernährungswirtschaft und Jagd Nordrhein-Westfalen

    Indirizz:

    Postfach 30 06 51

    40406 Düsseldorf

    DEUTSCHLAND

    Tel.

    +49 23613050

    Feks

    +49 23613053215

    Posta elettronika:

    poststelle@lanuv.nrw.de

    4.8.   Tikkettar:


    Top