Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2009/226/06

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5512 – Electrabel/E.ON) Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU C 226, 19.9.2009, p. 24–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 226/24


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5512 – Electrabel/E.ON)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 226/06

1.

Fil-11 ta’ Settembru 2009 il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Electrabel S.A./N.V, (“Electrabel”, il-Belġju), proprjetà ta’ GDF Suez Group (“GDF Suez”, Franza), takkwista fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill il-kontroll sħiħ ta' ċerti impjani tal-enerġija u drittijiet ta’ prijorità ta' kapaċitajiet tal-elettriku fil-Ġermanja minn E.ON AG (“E.ON”, il-Ġermanja).

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Electrabel: il-ġenerazzjoni u l-provvista tal-elettriku, il-gass naturali, it-tisħin distrettwali u l-provvista ta’ servizzi relatati mal-enerġija; il-kummerċ fl-elettriku, fil-gass u fl-alokazzjoni tal-emissjonijiet,

GDF SUEZ SA huwa grupp internazzjonali industrijali u ta’ servizzi attiv fl-amministrazzjoni tal-elettriku, tal-gass naturali, tas-servizzi tal-elettriku, tal-ilma u l-ġestjoni tal-iskart, fost affarijiet oħra,

E.ON: il-ġenerazzjoni u l-fornitura ta’ elettriku u gass naturali.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l’operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301 jew 22967244) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5512 – Electrabel/E.ON, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


Top