This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52008DP0047
Request for defence of the immunity of Claudio Fava #European Parliament decision of 19 February 2008 on the request for defence of the immunity and privileges of Claudio Fava (2007/2155(IMM))
Ħarsien tal-immunità u l-privileġġi ta' Claudio Fava
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad- 19 ta' Frar 2008 dwar it-talba għall-ħarsien tal-immunità u l-privileġġi ta' Claudio Fava (2007/2155(IMM))
Ħarsien tal-immunità u l-privileġġi ta' Claudio Fava
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad- 19 ta' Frar 2008 dwar it-talba għall-ħarsien tal-immunità u l-privileġġi ta' Claudio Fava (2007/2155(IMM))
ĠU C 184E, 6.8.2009, p. 110–110
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
6.8.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 184/110 |
It-Tlieta, 19 ta' Frar 2008
Ħarsien tal-immunità u l-privileġġi ta' Claudio Fava
P6_TA(2008)0047
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Frar 2008 dwar it-talba għall-ħarsien tal-immunità u l-privileġġi ta' Claudio Fava (2007/2155(IMM))
2009/C 184 E/19
Il-Parlament Ewropew,
wara li kkunsidra t-talba ta' Claudio Fava, għall-ħarsien tal-immunità tiegħu b'konnessjoni mal-proċeduri ċivili li nbdew kontrieh quddiem il-Qorti Ċivili ta' Marsala fid-29 ta' Mejju 2007, imħabbra fis-seduta plenarja tas-6 ta' Ġunju 2007
wara li sema' lil Claudio Fava, skond l-Artikolu 7(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra l-Artikoli 9 u 10 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej tat-8 ta' April 1965, u l-Artikolu 6(2) tal-Att dwar l-elezzjoni tal-membri tal-Parlament Ewropew b'vot universali dirett tal-20 ta' Settembru 1976,
wara li kkunsidra s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej tat-12 ta' Mejju 1964 u tal-10 ta' Lulju 1986 (1),
wara li kkunsidra l-Artikoli 6(3) u 7 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0007/2008),
|
1. |
Jiddeċiedi li jħares l-immunità u l-privileġġi ta' Claudio Fava,; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-Kumitat responsabbli lill-awtoritajiet ikkonċernati tar-Repubblika Taljana. |
(1) Kawża 101/63 Wagner vFohrmann u Krier [1964] ECR 195 u Kawża149/85 Wybot v Faure u oħrajn [1986] ECR 2391.