This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2009/155/07
Prior notification of a concentration (Case COMP/M.5570 — Platinum/Delphi) Text with EEA relevance
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5570 – Platinum/Delphi) Test b’relevanza għaż-ŻEE
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5570 – Platinum/Delphi) Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU C 155, 8.7.2009, p. 24–24
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
8.7.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 155/24 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.5570 – Platinum/Delphi)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2009/C 155/07
|
1. |
Fit-30 ta’ Ġunju 2009 il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Platinum Equity LLC (“Platinum”, l-Istati Uniti tal-Amerika) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, kontroll ta' partitjiet mill-impriża Delphi Corporation (“Delphi”, fl-Istati Uniti) permezz tax-xiri ta' ishma u ta’ beni. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l’operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 2 2964301 jew 2967244) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5570 – Platinum/Delphi, fl-indirizz li ġej:
|