Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009XX0430(01)

Komunikazzjoni mill-Ministru tal-Affarijiet Ekonomiċi tar-Renju tal-Olanda skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva Nru 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-ipprospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni tal-idrokarburi

ĠU C 99, 30.4.2009, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 99/13


Komunikazzjoni mill-Ministru tal-Affarijiet Ekonomiċi tar-Renju tal-Olanda skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva Nru 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-ipprospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni tal-idrokarburi

2009/C 99/11

B’dan il-Ministru tal-Affarijiet Barranin qed javża li rċieva applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għal estrazzjoni ta' idrokarburi f'żona fil-provinċja ta’ Friesland, fejn il-linja bejn 3 u 4 tikkoinċidi mal-konfini fuq in-naħa tal-Punent tal-awtorizzazzjoni għall-estrazzjoni ta’ Gorredijk.

Il-koordinati taż-żona kkonċernata huma dawn li ġejjin:

 

X

Y

Punt 1

174 450,00

559 650,00

Punt 2

179 900,00

560 750,00

Punt 3

183 450,00

561 231,79

Punt 4

172 746,50

545 447,70

Punt 5

167 525,00

550 570,00

Il-koordinati huma espressi skont is-sistema ta' trijangulazzjoni nazzjonali (Rijksdriehoeksmeting).

Iż-żona li għaliha saret l-applikazzjoni għandha superfiċje ta’ 104.6 km2.

B’referenza għad-Direttiva msemmija fid-daħla u għall-Artikolu 15 tal-Att dwar il-Minjieri (Mijnbouwwet) (Il-Bullettin tal-Atti u tad-Digrieti (Staatsblad) 2002, Nru 542), il-Ministru tal-Affarijiet Ekonomiċi jistieden lill-partijiet interessati sabiex iressqu applikazzjoni kompetittiva għal awtorizzazzjoni għal ipprospettar ta’ idrokarburi fiż-żona kkonċernata.

Il-Ministru tal-Affarijiet Ekonomiċi huwa l-awtorità kompetenti għall-għoti tal-awtorizzazzjonijiet. Il-kriterji, il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 5(1), 5(2) u 6(2) tad-Direttiva msemmija hawn fuq huma mniżżlin fl-Att dwar il-Minjieri (Il-Bullettin tal-Atti u tad-Digrieti 2002, Nru 542).

L-applikazzjonijiet jistgħu jitressqu matul it-13-il ġimgħa ta’ wara l-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandhom jintbagħtu lil:

De Minister van Economische Zaken

ter attentie van drs.

J.C. De Groot,

directeur Energiemarkt

ALP A/562

Postbus 20101,

2500 Ec Den Haag

NEDERLAND

Ma jiġux ikkunsidrati applikazzjonijiet li jidħlu wara dan il-perjodu.

Deċiżjoni dwar l-applikazzjonijiet se tittieħed sa mhux aktar tard minn 12-il xahar minn tmiem dan il-perjodu.

Aktar tagħrif jista' jinkiseb minn fuq dan in-numru tat-telefown: +31 70379 738262 (persuna ta’ kuntatt: P.C. de Regt).


Top