EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TN0032

Kawża T-32/09 P: Appell ippreżentat fis- 26 ta' Jannar 2009 minn Luigi Marcuccio mid-digriet tal- 4 ta' Novembru 2008 tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-18/07, Marcuccio vs Il-Kummissjoni

ĠU C 69, 21.3.2009, p. 51–51 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/51


Appell ippreżentat fis-26 ta' Jannar 2009 minn Luigi Marcuccio mid-digriet tal-4 ta' Novembru 2008 tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-18/07, Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-32/09 P)

(2009/C 69/111)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Appellant: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komuntajiet Ewropej

Talbiet tal-appellant

F'kull każ:

(A.1)

tannulla d-digriet ikkontestat fit-totalità tiegħu u mingħajr eċċezzjoni.

(A.2)

tiddikjara li r-rikors fl-ewwel istanza kien perfettament ammissibbli.

Prinċipalment:

(B.1)

tilqa' t-talbiet imressqa mir-rikorrent fir-rikors ippreżentat fl-ewwel istanza fit-totalità tagħhom u mingħajr eċċezzjoni;

(B.2)

tikkundanna lill-appellanta tħallas lura lill-appellant l-ispejjeż kollha sostnuti minnu kemm fl-ewwel istanza kif ukoll fl-appell;

Sussidjarjament:

(B. 3)

tirrinvija l-kawża quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, f'kompożizzjoni ġdida, sa biex jiddeċiedi mill-ġdid dwarha.

Aggravji u argumenti prinċipali

Dan l-appell huwa magħmul kontra d-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-4 ta' Novembru 2008, adottat fil-Kawża F-18/07 L. Marcuccio vs Il-Kummissjoni, li ċaħad ir-rikors ippreżentat mir-rikorrent bħala manifestament inammissibbli.

Insostenn tat-talbiet tiegħu, l-appellant iressaq l-aggravji li ġejjin:

Nuqqas assolut ta' motivazzjoni tal-allegazzjonijiet li jikkonċernaw il-kwalifika tan-nota tal-11 ta' Ottubru 2005, imsemmija fil-punt 3 tad-digriet appellat, u tat-talba bbażata fuq l-Artikolu 90 tar-Regolamenti tal-Persunal u għall-applikabbiltà konsegwenti, fil-każ inkwistjoni, tad-dispożizzjoni tal-Artikolu 90 tar-Regolamenti tal-Persunal.

Nuqqas assolut ta' motivazzjoni tal-allegazzjonijiet li jikkonċernaw id-data li fiha n-nota tal-11 ta' Ottubru 2005 waslet lill-appellata u d-data li fiha ngħatat id-deċiżjoni kkontestata daħlet fis-seħħ.

Illegalità tal-kunsiderazzjonijiet li jikkonċernaw l-allegata inammissibbiltà manifesta tar-rikors fl-ewwel istanza fit-totalità tiegħu.

Nuqqas assolut ta' motivazzjoni, anki minħabba nuqqas assolut ta' investigazzjoni, fir-rigward tad-data tal-preżentata tar-risposta, u żbalji fil-proċedura, minħabba nuqqas ta' osservanza tal-obbligu li ma jiġix ikkunsidrat il-kontenut tar-risposta peresss li ġiet ippreżentata tardivament.

Ksur tad-dritt għal smigħ xieraq, tal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fondamentali tal-Unjoni Ewropea.


Top