This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62009TN0015
Case T-15/09: Action brought on 15 January 2009 — Euro-Information v OHIM (EURO AUTOMATIC CASH)
Kawża T-15/09: Rikors ippreżentat fil- 15 ta' Jannar 2009 — Euro-Information vs UASI (EURO AUTOMATIC CASH)
Kawża T-15/09: Rikors ippreżentat fil- 15 ta' Jannar 2009 — Euro-Information vs UASI (EURO AUTOMATIC CASH)
ĠU C 69, 21.3.2009, p. 48–48
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
21.3.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 69/48 |
Rikors ippreżentat fil-15 ta' Jannar 2009 — Euro-Information vs UASI (EURO AUTOMATIC CASH)
(Kawża T-15/09)
(2009/C 69/105)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Européenne de traitement de l'Information (Euro-Information) (Strasburgu, Franza) (rappreżentant: A. Grolée, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
l-annullament tad-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-UASI tat-18 ta' Novembru 2008, Każ R 70/2006-4, inkwantu din irrifjutat ir-reġistrazzjoni tal-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja EURO AUTOMATIC CASH Nru 4 114 864 fir-rigward tal-intier tal-prodotti u s-servizzi mitluba fil-klassijiet 9, 35, 36, 37, 38 u 42; |
— |
ir-reġistrazzjoni tal-applikazzjoni ta' trade mark Komunitarja EURO AUTOMATIC CASH Nru 4 114 864 għall-prodotti u s-servizzi kollha previsti fl-applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta' trade mark; |
— |
il-kundanna tal-UASI għall-ispejjeż tar-rikorrenti inkorsi fil-proċedimenti quddiem l-UASI u fil-kuntest ta' dan ir-rikors, skont l-Artikolu 87 tar-Regoli tal-Proċedura. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali “EURO AUTOMATIC CASH” għal prodotti u servizzi kklassifikati fil-klassijiet 9, 35, 36, 37, 38 u 42 — applikazzjoni Nru 4 114 864
Deċiżjoni tal-eżaminatur: Ċaħda tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Ċaħda tal-appell
Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (ċ), u tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, peress li t-trade mark mitluba mhijiex deskrittiva u għandha l-karattru distintiv rikjest.