EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TN0005

Kawża T-5/09: Rikors ippreżentat fit- 2 ta' Jannar 2009 — Lind vs Il-Kummissjoni

ĠU C 69, 21.3.2009, p. 45–45 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/45


Rikors ippreżentat fit-2 ta' Jannar 2009 — Lind vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-5/09)

(2009/C 69/99)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Brigit Lind (Greve, id-Danimarka) (rappreżentant: I. Anderson, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tordna lill-Kummissjoni sabiex tħallas lir-rikorrenti, individwalment, is-somma ta' EUR 50 000, jew kull somma oħra li l-Qorti tal-Ġustizzja jidhrilha li hija ġusta u ekwa, għad-danni morali sofferti minnha minħabba t-tbatija u l-mewt inġusta ta' ħuwha b'riżultat tar-rifjut kapriċċuż u illegali tal-Kummissjoni milli tinforza l-implementazzjoni ta' dispożizzjonijiet ta' monitoraġġ mediku tad-Direttiva 96/29 fil-każ tal-ex-ħaddiema li pparteċipaw fl-emerġenza radjoloġika f'Thule;

tordna lill-Kummissjoni sabiex tħallas lill-patrimonju ta' John Erling Nochen, irrappreżentat mir-rikorrenti, is-somma ta' EUR 250 000, jew kull somma oħra li l-Qorti tal-Ġustizzja jidhrilha li hija ġusta u ekwa, għall-uġigħ u t-tbatija, inkluż l-għarfien tat-tqassir ta' ħajtu, mill-2006 sal-mewt tiegħu fl-2008, b'riżultat tar-rifjut kapriċċuż u illegali tal-Kummissjoni milli tinforza l-implementazzjoni ta' dispożizzjonijiet ta' monitoraġġ mediku tad-Direttiva 96/29 fil-każ tal-ex-ħaddiema li pparteċipaw fl-emerġenza radjoloġika f'Thule u s-somma ta' EUR 6 000 għal spejjeż funebri;

tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas l-ispejjeż legali raġonevoli u spejjeż oħra sostnuti mir-rikorrenti f'din il-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Fil-każ preżenti, ir-rikorrenti qed tippreżenta rikors għal responsabbiltà mhux kuntrattwali li tirriżulta mid-danni li ssostni li sofriet minħabba l-mewt ta' ħuwha li allegatament kienet ikkawżata mir-rifjut illegali tal-Kummissjoni milli tosserva r-riżoluzzjoni plenarja tal-Parlament Ewropew (1) u milli tinforza l-applikazzjoni min-naħa tad-Danimarka tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 96/29/Euratom tat-13 ta' Mejju 1996 li tistabbilixxi standards bażiċi ta' sigurtà għall-ħarsien tas-saħħa tal-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali kontra l-perikli li jiġu minn radjazzjoni jonizzanti (2) għall-każ tal-ħaddiema, inkluż ħu r-rikorrenti, involuti f'aċċident nukleari f'Thule, fil-Groenlandja


(1)  Rapport tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' April 2007 dwar il-konsegwenzi fuq is-saħħa pubblika tat-tiġrif f'Thule fl-1968 (Petizzjoni 720/2002) [2006/2012(INI)].

(2)  ĠU L 159, p. 1.


Top