EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62008TN0574
Case T-574/08: Action brought on 24 December 2008 — Syndicat des thoniers méditerranéens and Others v Commission
Kawża T-574/08: Rikors ippreżentat fl- 24 ta' Diċembru 2008 — Syndicat des thoniers méditerranéens et vs Il-Kummissjoni
Kawża T-574/08: Rikors ippreżentat fl- 24 ta' Diċembru 2008 — Syndicat des thoniers méditerranéens et vs Il-Kummissjoni
ĠU C 69, 21.3.2009, p. 41–42
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
21.3.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 69/41 |
Rikors ippreżentat fl-24 ta' Diċembru 2008 — Syndicat des thoniers méditerranéens et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-574/08)
(2009/C 69/94)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Syndicat des thoniers méditerranéens (Marsilja, Franza), Jean-Luc Buono, Gérard Buono, Marc Carreno, Roger Louis Paul Del Ponte (Balaruc les Bains, Franza), Serge Antoine Di Rocco (Frontignan, Franza), Jean Louis Donnarel, Jean-François Flores, Jean Louis Etienne Jalabert (Sigean, Franza), Jean Gérald Lubrano (Marsilja, Franza), Gérald Jean Lubrano (Balaruc les Bains, Franza), Jean Lubrano, Jean Lucien Lubrano, Fabrice Marin, Robert Marin, Hervé Marin, Nicolas Marin, Sébastien Marin, Jean-Marc Penniello, Serge Antoine José Perez (Sorède, Franza) (rappreżentant: C. Bonnefoi, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajet Ewropej
Talbiet tar-rikorrenti
— |
konstatazzjoni tar-responsabbiltà tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej fil-kuntest tal-konsegwenzi tal-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 530/2008 tat-12 ta' Ġunju 2008 li jistabbilixxi miżuri ta' emerġenza fir-rigward ta' bastimenti bil-purse seines li jistadu għat-tonn fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant tal-lonġitudni 45 °W, u fil-Baħar Mediterran; |
— |
kumpens għad-danni skont il-konsegwenzi ta' din il-konstatazzjoni ta' responsabbiltà; dan il-kumpens għal danni huwa kkalkulat abbażi tal-elementi ta' provi mehmuża u oħrajn li qed jiġu stabbiliti; huma kkalkulati f' Euro;
|
— |
kumpens għad-danni morali lil STM skont il-konsegwenzi ta' din il-konstatazzjoni ta' responsabbiltà fl-ammont ta' EUR 30 000 li ser jintuża biex jinforma lis-soċi dwar id-dritt u r-regolamenti Komunitarji tas-Sajd; |
— |
ħlas lura tal-ispejjeż kollha tal-avukat, tal-proċedura, tal-marixxall tal-qorti, tal-ispediment u tal-fornituri u tal-fotokopji neċessarji għall-proċedura preżenti li tagħhom ser tiġi pprovduta lista. |
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikorrenti, sajjieda, kif ukoll is-sindakat tagħhom, qed jitolbu kumpens għad-danni li huma jħossu li sofrew minħabba l-adozzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 530/2008 (1) tat-12 ta' Ġunju 2008 li jipprojbixxi s-sajd għat-tonn fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant tal-lonġitudni 45 °W, u fil-Baħar Mediterran minn bastimenti li jistadu bil-purse seines u li jtajru l-bandiera Griega, Taljana, Ċiprijotta, Maltija jew Spanjola jew li huma rreġistrati f'dawn l-Istati Membri.
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw numru ta' motivi u argumenti li huma rispettivament ibbażati fuq:
— |
ksur tal-prinċipji tal-Kodiċi ta' prattika amministrattiva tajba anness mar-regolament tal-proċedura tal-Kummissjoni, inkwantu l-Kummissjoni ma organizzatx laqgħat mas-sindakat tat-tonn tal-Baħar Mediterran, għalkemm hija kienet wegħdet li jsir hekk; |
— |
nuqqas ta' kumpens għad-danni lir-rikorrenti li ġew ipprojbiti milli jistadu għalkemm il-kwota tagħhom ma kinitx għadha ntlaħqet; |
— |
il-fatt illi l-miżuri meħuda mill-Kummissjoni ma jikkostitwixxux sempliċement riskju inerenti lis-settur tal-attività li r-rikorrenti għandhom isofru mingħajr kumpens għad-danni; |
— |
nuqqas ta' prova tal-bżonn tal-miżuri meħuda, għaliex huma ttieħdu abbażi ta' estrapolazzjonijiet matematiċi li ma jistgħux jitqiesu li għandhom in-natura ta' prova; |
— |
il-fatt li l-miżuri inkwistjoni mhumiex imfassla fuq theddida gravi; |
— |
ksur tal-prinċipju taċ-ċertezza legali, inkwantu r-regolament li pprojbixxa s-sajd għat-tonn ġie adottat fi żmien qasir ħafna u annulla d-dispożizzjonijiet li jiftħu l-istaġun tas-sajd; |
— |
ksur tad-drittijiet fundamentali ggarantiti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (2), b'mod partikolari mid-dritt għax-xogħol u d-dritt għall-proprjetà |
(1) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 530/2008 tat-12 ta' Ġunju 2008 li jistabbilixxi miżuri ta' emerġenza fir-rigward ta' bastimenti bil-purse seines li jistadu għat-tonn fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant tal-lonġitudni 45 °W, u fil-Baħar Mediterran (ĠU L 155, p. 9).