EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CB0081

Kawża C-81/08: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) tat- 13 ta' Novembru 2008 — Miguel Cabrera Sánchez vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Industrias Cárnicas Valle SA (Appell — Trade mark Komunitarja — Regolament (KE) Nru 40/94 — Artikolu 8(1)(b) — Probabbiltà ta' konfużjoni — Trade mark imħallta verbali u figurattiva — Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade mark preċedenti)

ĠU C 69, 21.3.2009, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/14


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) tat-13 ta' Novembru 2008 — Miguel Cabrera Sánchez vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Industrias Cárnicas Valle SA

(Kawża C-81/08) (1)

(Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 8(1)(b) - Probabbiltà ta' konfużjoni - Trade mark imħallta verbali u figurattiva - Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade mark preċedenti)

(2009/C 69/24)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Miguel Cabrera Sánchez (rappreżentant: J. Calderón Chavero, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. García Murillo, aġent), Industrias Cárnicas Valle SA

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (It-Tielet Awla) tat-13 ta' Diċembru 2007, Miguel Cabrera Sánchez vs UASI — Industrias Cárnicas Valle (T-242/06) li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim'Istanza ċaħdet rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-15 ta' Ġunju 2006 (Każ R 790/2005-1), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Miguel Cabrera Sánchez u Industrias Cárnicas Valle, SA

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

M. Cabrera Sánchez huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 128, 24.5.2008.


Top