EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CA0019

Kawża C-19/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tad- 29 ta' Jannar 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Kammarrätten i Stockholm — Migrationsöverdomstolen — l-Iżvezja) — Migrationsverket vs Edgar Petrosian, Nelli Petrosian, Svetlana Petrosian, David Petrosian, Maxime Petrosian (Dritt għal ażil — Regolament (KE) Nru 343/2003 — Teħid lura minn Stat Membru ta' applikant għal ażil li l-applikazzjoni tiegħu ġiet miċħuda u li jinsab fi Stat Membru ieħor fejn huwa ppreżenta applikazzjoni ġdida għal ażil — Bidu tat-terminu għall-eżekuzzjoni tat-trasferiment tal-applikant għal ażil — Proċedura ta' trasferiment li hija s-suġġett ta' rikors li jista' jkollu effett sospensiv)

ĠU C 69, 21.3.2009, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tad-29 ta' Jannar 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Kammarrätten i Stockholm — Migrationsöverdomstolen — l-Iżvezja) — Migrationsverket vs Edgar Petrosian, Nelli Petrosian, Svetlana Petrosian, David Petrosian, Maxime Petrosian

(Kawża C-19/08) (1)

(Dritt għal ażil - Regolament (KE) Nru 343/2003 - Teħid lura minn Stat Membru ta' applikant għal ażil li l-applikazzjoni tiegħu ġiet miċħuda u li jinsab fi Stat Membru ieħor fejn huwa ppreżenta applikazzjoni ġdida għal ażil - Bidu tat-terminu għall-eżekuzzjoni tat-trasferiment tal-applikant għal ażil - Proċedura ta' trasferiment li hija s-suġġett ta' rikors li jista' jkollu effett sospensiv)

(2009/C 69/15)

Lingwa tal-kawża: L-Iżvediż

Qorti tar-rinviju

Kammarrätten i Stockholm — Migrationsöverdomstolen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Migrationsverket

Konvenuti: Edgar Petrosian, Nelli Petrosian, Svetlana Petrosian, David Petrosian, Maxime Petrosian

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Kammarrätten i Stockholm, Migrationsöverdomstolen (l-Iżvezja) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 20(1)(d) u (2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 343/2003, tat-18 ta' Frar 2003, li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-ażil iddepożitata f'wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta' pajjiż terz (ĠU 2003 L 50, p. 1) — Teħid lura minn Stat Membru ta' applikant għal ażil li jinsab fi Stat Membru ieħor u li ppreżenta applikazzjoni ġdida għal ażil hemmhekk — Bidu tal-perijodu li fih għandu jiġi ttrasferit l-applikant għal ażil

Dispożittiv

L-Artikolu 20(1)(d) u (2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 343/2003, tat-18 ta' Frar 2003, li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-ażil iddepożitata f'wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta' pajjiż terz, għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta l-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru rikorrenti tipprovdi għall-effett sospensiv ta' rikors, it-terminu għall-eżekuzzjoni tat-trasferiment jibda jiddekorri, mhux b'effett mid-deċiżjoni ġudizzjarja provviżorja li tissospendi l-implementazzjoni tal-proċedura tat-trasferiment, iżda biss b'effett mid-deċiżjoni ġudizzjarja li tiddeċiedi fuq il-mertu tal-proċedura u li ma tistax tostakola iżjed din l-implementazzjoni.


(1)  ĠU C 64 8.3.2008.


Top